Formula 1 Sport

Mercedes ikomplu jiddominaw fil-Formula 1

Is-sewwieqa ta’ Mercedes, Lewis Hamilton u Valtteri Bottas komplew jiddominaw dan l-istaġun tal-Formula 1 meta temmew fl-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix ta’ Emilia Romagna fiċ-ċirkwit ta’ Imola fl-Italja biex b’hekk Mercedes rebħu t-titlu tal-kostrutturi għas-7 darba.

Daniel Ricciardo ta’ Renault temm fit-tielet post fejn kien segwit mis-sewwieq ta’ Alpha Tauri Daniil Kvyat li temm fir-raba’ post. Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fil-ħames post filwaqt li Sergio Perez ta’ Racing Point temm fis-sitt post. Carlos Sainz u Lando Norris ta’ McLaren temmew fis-7 u fit-8 post rispettivament filwaqt li Kimi Raikkonen u Antonio Giovinazzi ta’ Alfa Romeo temmew fid-9 u l-għaxar post.

Kif temmew
1 L. Hamilton 1:28:32.430, 2 V. Bottas +5.783, 3 D. Ricciardo +14.320, 4 D. Kvyat +15.141, 5 C. Leclerc +19.111, 6 S. Perez +19.652, 7 C. Sainz +20.230, 8 L. Norris +21.131, 9 K. Raikkonen +22.224, 10 A. Giovinazzi +26.398, 11 N. Latifi +27.135, 12 S. Vettel +28.453, 13 L. Stroll +29.163, 14 R. Grosjean +32.935, 15 A. Albon +57.284 Ma temmewx: G. Russell, M. Verstappen, K. Magnussen, E. Ocon, P. Gasly