Futbol Sport

Milan jibqgħu mingħajr telfa u jsaħħu l-ewwel post

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa diffiċli ta’ 2-1 kontra Udinese b’gowl seba’ minut mit-tmiem ta’ Zlatan Ibrahimovic. Milan fetħu l-iskor wara 18 -il minuta permezz ta’ FRANCK KESSIE. Udinese ġabu d-draw fit-48 minuta permezz ta’ penalty ta’ RODRIGO DE PAUL. Il-gowl tar-rebħa għal Milan wasal fit-83 minuta b’gowl akrobatiku ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC.

Juventus rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Spezia 4-1. ALVARO MORATA fetaħ l-iskor wara 14-il minuta. TOMMASO POBEGA ġab id-draw fit-32 minuta. Is-sostitut CRISTIANO RONALDO li kien qiegħed jirritorna wara li ttestja negattiv għall-coronavirus. ADRIEN RABIOT skorja t-tielet gowl fis-67 minuta b’azzjoni personali. CRISTIANO RONALDO skorja r-raba’ gowl fis-76 minuta permezz ta’ penalty.

Lazio kisbu rebħa drammatika ta’ 4-3 fuq Torino b’żewġ gowls fil-ħin addizzjonali tat-tieni taqsima. ANDREAS PEREIRA fetaħ l-iskor wara kwarta logħob. GLEISON BREMER ġab id-draw għal Torino ħames minuti wara. Torino marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ fil-partita fil-25 minuta permezz ta’ penalty ta’ ANDREA BELOTTI. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima SERGEJ MILINKOVIC – SAVIC ġab id-draw għal Lazio. SASA LUKIC reġa tefa’ lil Torino fil-vantaġġ fis-87 minuta iżda żewġ gowls fit-92 minuta permezz ta’ CIRO IMMOBILE, u gowl ieħor ta’ FELIPE CAICEDO fil-95 taw rebħa lil Lazio.

Fil-partita bejn iż-żewġ timijiet li kienu fit-tieni post bl-istess ammont ta’ punti kienu Sassuolo li ħarġu rebbieħa 2-0 fuq Napoli. MANUEL LOCATELLI fetaħ l-iskor għal Sassuolo fid-59 minuta permezz ta’ penalty. MAXIME LOPEZ aċċerta mit-tliet punti fil-95 minuta b’xutt li kien devjat għal wara Ospina.

Fi Stadio Olimpico Roma kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Fiorentina. LEONARDO SPINAZZOLA fetaħ l-iskor wara 12-il minuta. Roma aċċertaw mit-tliet punti fis-70 minuta b’gowl ta’ PEDRO. LUCAS MARTINEZ tkeċċa għal Fiorentina fit-88 minuta wara daħla kerha fuq Edin Dzeko.

Fid-Derby della Lanterna Sampdoria u Genoa temmew fi draw ta’ 1-1. Sampdoria fetħu l-iskor wara 23 minuta permezz ta’ JAKUB JANKTO biex ħames minuti biss wara GIANLUCA SCAMACCA ġab id-draw għal Genoa.

Serie A

Ilbieraħ: Crotone v Atalanta 2-1, Inter v Parma 2-2, Bologna v Cagliari 3-2 Illum: Udinese v Milan 1-2, Spezia v Juventus 1-4, Torino v Lazio 3-4, Roma v Fiorentina 2-0, Napoli v Sassuolo 0-2, Sampdoria v Genoa 1-1 Għada: Verona v Benevento 8.45pm