Sport Sport Ieħor

Neverendingdream jimpressjona fil-finali Gold

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Misjuq għall-ewwel darba minn Paul Galea, Neverendinġdream rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-bieraħ wara nofsinħar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mid-39 programm tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. Il-kwotata Foxy Brown (Rodney Gatt) marret quddiem f’nofs id-distanża u fetħet vantaġġ żgħir minn Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said) u Judge Reo (Kerstin Galea). Madankollu hekk kif iż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, Foxy Brown bdiet tnaqqas mill-ġiri u nqabżet minn Neverendingdream (Paul Galea) li ħa l-ħames rebħa tas-sena u t-tielet waħda nfila. Drogba Bob (Michael Ellul) u Braveheart Jiel (Claudio Refalo) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.  

Fi tmiem din il-finali, Alfred Braddiċk f’isem l-isponsors ippremja lil Clayton Mc Kay u Melvin Cini, tnejn mis-sidien taż-żiemel rebbieħ u lis-sewwieq Paul Galea. Dan fil-preżenża ta’ Edwin Borġ, Chairman tal-Malta Racing Club.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier għal żwiemel Franċiżi fuq distanża twila ta’ 3140m. Hawnhekk, Vertige De Chenu (Charles Camilleri) mar quddiem f’nofs id-distanza u rnexxilu jżomm l-ewwel post sal-linja finali biex ħa t-tieni rebħa f’Malta bla tbatija u b’vantaġġ ta’ tul u nofs mill-favorit Vivaldi Du Vivrot (Anton Cassar) u Theo d’Erah (Charles Degiorgio). Andiamo De Monchel (Noel Baldacchino) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Frimeur Pipol (R. Gatt) Ħin – 4.06” (1.18.3”) 2. Eole De Mahey (N. Baldaċċħino) 3. Filou Du Lion (M. Ellul) 4. Baby Oaks (R. Schembri)

II Tiġrija. Klassi Ċopper. Dist – 3140m. 1. Crack Des Lanċiers (R. Gatt) Ħin – 4.06.2” (1.18.4”) 2. Dakota Atout (M. Mifsud) 3. Easy Sam (Ċ. Ċamilleri) 4. Brime Du Chene (J. Agius)

III Tiġrija. Klassi Bronże. Dist – 3140m. 1. Fast Cash S.F. (R. Maġro) Ħin – 4.07.2” (1.18.7”) 2. Espoir De Fleury (R. Gatt) 3. Camland (C. Vassallo) 4. Takinou d’Axel (P. Galea)

IV Tiġrija. Klassi Ġold. Dist – 3140m. 1. Mystic Accident (N. Baldacchino) Ħin – 4.05.2” (1.18.1”) 2. Cristal De Vandel (J. Gafa’) 3. Val De Villetot (A. Cassar) 4. Damu Cherry (J. Mercieca)  

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Vertiġe De Chenu (C. Camilleri) Ħin – 3.57.3” (1.15.6”) 2. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) 3. Theo d’Erah (C. Degiorgio) 4. Andiamo De Monchel (N. Baldacchino)  

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Carlos Mondo SY (J. Gafa’) Ħin – 4.05” (1.18”) 2. Uveo Du Maza (N. Baldaċċħino) 3. Demon De Babel (M. Sultana) 4. Diamonds Lucky (R. Ġatt)

VII Tiġrija. Finali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Ġold. Dist – 2140m. 1. Neverendingdream (P. Ġalea) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Foxy Brown (R. Ġatt) 3. Drogba Bob (M. Ellul) 4. Braveheart Jiel (Ċ. Refalo)

VIII Tiġrija. Klassi Bronże. Dist – 3140m. 1. Erromanga (C. Farrugia) Ħin – 4.06.4” (1.19.1”) 2. Fortuna De Coudde (N. Baldaċċħino) 3. Vasco d’Agamis (P. Ġalea) 4. Eliak Picken (Sh. Portelli)