“Ma nixtieqx naghti kummenti lill-media.”
Kienet din ir-reazzjoni xotta li tana l-Kap Ezekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri wara l-iskandlu ta’ Las Vegas li faqqa’ fl-ahhar jiem – skandlu li fih inkixef kif hu mar fuq vjagg lejn l-Istati Uniti, imhallas min-negozjant Yorgen Fenech.
L-allegazzjonijiet huma serjissimi, u kollox jindika li f’dan il-każ kien hemm kunflitt ta’ interess.
Cuschieri – li ssospenda lilu nnifsu – qalilna illi kif thabbar mill MFSA, il-Bord se jaghmel il-verifiki mehtiega biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha dwar il-kaz. Dan filwaqt li fl-ebda hin ma cahad l-istorja.
Fil-vjaġġ imħallas minn Yorgen Fenech lejn Las Vegas kien hemm ukoll il-konsulent legali tal-MFSA Edwina Licari.
Tul il-jum tas-Sibt Net News prova jkellem lil Licari bil-ghan li thalli l-kummenti taghha dwar l-ahhar ahbarijiet zvelati tul din il-gimgha ghal aktar minn darba, madanakollu fl-ebda mument ma rrispondiet it-telefonati taghna.
//= $special ?>