Futbol Sport

Sliema Wanderers jerġgħu jirbħu u jitilgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Hibernians

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matteo Grima

Sliema W………..3

Balzan……….1

Sliema W: J.Galea, A.Satariano (J.Mintoff 81’), K.Shaw, A.Milessi (D.Pereira 65’), J.Cisotti (Gilmar 65’), G.Aquilina, A.Linton, J.Farrugia (C), M.Beerman, D.Vukovic, D.Comvalius (R.Kisli 28’).

Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab (S.Cipriott 65’), P.Fenech (C) (N.Frendo 84’), L.Mc Woods, S.Pisani (G.Camilleri 84’), M.Johnson (M.Grima 84’), U.Ljubomirac, S.Jalu, W.Gomes (A.Effiong 46’), M.Kamara.

Imwissija: S.Pisani (B), A.Effiong (B), K.Shaw (S), M.Kamara (B)

Skorjaw: A.Milesi

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti: Duncan Sultana, James Muscat.

Sliema Wanderers komplew bil-mixja pożittiva tagħhom meta fis-Centenary Stadium ħarġu bit-tliet punti fuq Balzan bi prestazzjoni ferm tajba biex reġgħu wrew is-saħħa tagħhom għal dan l-istaġun.

Wara 4 minuti kellna l-ewwel azzjoni tal-partita meta Satariano rċieva ballun fit-tul u x-xutt tiegħu għadda barra mil-lasti ta’ Balzan. Ftit wara Sliema reġgħu pruvaw permezz ta’ freekick ta’ Comvalius ġie salvat faċilment minn Vranes.

L-ewwel xutt fil-lasta għal Balzan wasal wara 10 minuti logħob bi free kick dirett ta’ Pisani li kien salvat mingħajr problemi minn Galea. Balzan komplew jagħfsu u mal-kwarta logħob kross fil-kaxxa ta’ Fenech sab lil Mc Woods li d-daqqa ta’ ras tiegħu spiċċat ftit għoli mill-minduda.

Pero ftit sekondi wara, l-Wanderers marru fil-vantaġġ meta Cisotti ra x-xutt tiegħu imblokkat mid-difensuri ta’ Balzan, bil-ballun jispiċċa f’saqajn ALESSANDRO MILESI li minn quddiem il-lasta jitfa fix-xibka għal 1-0.

Sliema kienu ferm viċin li jirdupjaw meta għal darboħra rajna xogħol tajjeb fuq ix-xellug ta’ Cisotti li bil-cross sab lil Comvalius, b’dan ta’ laħħar jara ix-xutt tiegħu salvat b’diffikultà minn Vranes. Erba’ minuti wara rajna azzjoni oħra perikoluża għal Sliema meta l-cross mix-xellug ta’ Milesi sab lil Satariano, b’dan ikollu x-xutt tiegħu salvat b’mod eċċellenti mill-gowler ta’ Balzan.

Fl-34 minuta, Sliema sabu it-tieni gowl meta FARRUGIA twaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jipponta lejn il-penalty spot. Mill-ħdax il-metru listess JEANPAUL FARRUGIA tefa’ l-ballun fix-xibka għal 2-0.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Jalu attakka kross tajjeb fil-kaxxa, bil-ballun jispiċċa verament viċin il-minduda. Erba’ minuti wara Balzan jirnexxielhom inaqsu d-distakk meta Effiong waqqa’ lil UROS LJUBOMIRAC li b’xutt stupend tefa’ fix-xibka għal 2-1. Iżda Balzan ma damux igawdu dan il-gowl Hekk kif ftit wara Sliema reġgħu skorjaw fejn wara konfużjoni fil-kaxxa l-ballun wasal għand JEANPAUL FARRUGIA li skorja id-dopjetta personali. Il-Wanderes kienu verament viċin li jagħlqu l-partita ftit wara meta Kisil daħal tajjeb u x-xutt tiegħu stampa mal-wieqfa biex Balzan jeħilsuha ħafif.