Futbol Sport

Valletta b’diffikulta’ jegħlbu lil Senglea

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Luke Micallef

VALLETTA………………….. 2

SENGLEA A…………………. 1

Valletta: H. Bonello, T. Caruana, S. Malano (S. Dimech 68’), T. Marcolino (K. Nwoko 68’) (R. Fenech 89’), M. Piciollo, J. Borg, E. Pena Beltre, J. Zerafa, E. Sala, R. Muscat, M. Fontanella (L. Aguirre 79’)

Senglea: J. Martinelli, Z. Cassar, A. Abela, F. Aboulezz (D. Xuereb 53’), K. Atkinson, I. Misan, U. Parezanin, J. Tanti (R. Song Bahanag 73’), L. Riascos, D. Kukic, W. Gomes

Imwissija: Z. Cassar 77’ (S), R. Fenech 90+2’ (V), L. Riascos 90+2’ (S)

Skorjaw: M. Piciollo 10’ (V), K. Atkinson 37’ (S), M. Fontanella 54’ (V)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Roberto Vella, Christopher Francalanza

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Matteo Piciollo (Valletta)

BOV Plejer tal-logħba: Matteo Piciollo (Valletta)

Valletta sabuha aktar bi tqila milli ħasbu biex jieħdu r-rebħa kontra t-tim li jinsab ankrat fl-aħħar post tal-klassifika, Senglea Athletic. L-aħħar logħba milgħuba minn dawn iż-żewġ timijiet kontra xulxin kien propju f’Novembru tas-sena li għaddiet. Dakinhar, gowl waħdieni ta’ Piciollo kien biżżejjed biex il-Beltin ħarġu bit-tliet punti.

Valletta bdew il-konfront b’mod aggressiv u urew biċ-ċar l-intenzjonijiet tagħhom li ma jieħdu xejn inqas mit-tliet punti minn din il-logħba. Fl-ewwel azzjoni tal-partita waslet fis-7 minuta mit-tim Belti. Taylon Marcolino għadda lil Mario Fontanella ra x-xutt ċentrali tiegħu jintlaqa’ faċilment minn Jonathan Martinelli. Tliet minuti wara l-Beltin marru fil-vantaġġ. Kross minn fuq il-lemin lejn MATTEO PICIOLLO li  b’xutt b’saħħtu bid-dawra għeleb lil Martinelli u fetaħ l-iskor għall-Beltin. Fis-17-il minuta, xutt ta’ Fontanella intlaqa’ parzjalment mill-gowler Senglean, li waqa’ f’saqajn Piciollo bix-xutt tiegħu spiċċa barra. Kontra x-xejra tal-logħob fis-37 minuta, Senglea skurjaw il-gowl tad-dro’. KEVAUGHN ATKINSON baqa’ dieħel fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għeleb lil Henry Bonello. Minuta mit-tmiem tal-ewwel taqsima, Piciollo għadda lejn Marcolino li b’xutt fil-baxx għal ftit m’għelibx lil Martinelli, iżda f’żewġ attentati rnexxielu jżomm il-ballun.

Mal-ewwel sekondi tat-tieni taqsima Valletta jkunu perikolużi permezz ta’ kross-shot ta’ Piciollo li spiċċa ħabat mal-mimduda. Fl-54 minuta MARIO FONTANELLA għadda minn bejn żewġ difensuri tal-Isla, dar tajjeb u b’xutt fil-baxx għeleb lill-gowler Senglean. Fid-69 minuta Rowen Muscat ta xutt b’saħħtu li sab lil Martinelli attent u mir-rebound Shaun Dimech ixxuttja u l-ballun reġa’ ttajjar mill-gowler Senglean. Il-partita tkompliet b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd u l-ebda tim ma ħoloq l-ebda periklu għall-avversarji. B’hekk Valletta issa telgħu bi ħdax-il punt fis-seba’ post, filwaqt li Senglea l-aħħar b’punt wieħed.