Lokali

Carmelo Abela viżibbilment skomdu bl-aħħar allegazzjonijiet

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/videos/820510845447206

Politiku prominenti fil-Partit Laburista allegatament involut f’attentat ta’ serqa kbira fuq bank lokali għaxar snin ilu – hija din l-aħħar minn serje ta’ allegazzjonijiet ma jieqfu qatt fil-konfront ta’ nies prominenti fil-Partit Laburista u fil-Gvern.

Din l-aħbar kienet żvelata mill-gazzetta The Sunday Times of Malta illi irrappurtat li din l-informazzjoni ingħatat lill-Pulizija minn Vince Muscat magħruf bħala il-Koħħu. Muscat qed jinżamm arrestat fuq suspett li hu wieħed mit-tliet persuni involuti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan filwaqt li kien wkoll wieħed mis-suspettati ewlenin tal-attentat ta’ serqa fuq il-kwartieri tal-bank HSBC f’Ħal Qormi fl-2010.

F’tentattiv sabiex jingħata l-maħfra b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Muscat qal lill-investigaturi li jista’ jidentifika politiku għoli fil-Partit Laburista, li għen fl-ippjanar ta’ din is-serqa.

Net News staqsa lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela jekk jikkundannax lil dan il-politiku laburista, b’Abela jidher vizibbilment skomdu quddiem id-domandi tagħna jirreferina għal dak li qal il-Prim Ministru aktar kmieni matul il-ġurnata.

Madanakollu, Robert Abela wkoll ma ta l-ebda risposta, saħaq li jara jekk jieħux azzjoni jekk il-Kummissarju tal-Pulizija jikkonfermalu li kien hemm involviment minn membru prominenti fil-Partit Labursita. Dan filwaqt li fl-ebda ħin ma ċaħad dan l-iskandlu.

The Sunday Times irrapportat kif Vince Muscat u l-kompliċi l-oħrajn ingħataw informazzjoni minn ġewwa ta’ kif jistgħu jidħlu fil-control room tal-Bank. Hu semma’ wkoll kif kienu se jitqassmu l-flus li jinsterqu.

La l-bank in kwistjoni, la l-Partit Laburista u lanqas il-Gvern ma ħargu ċaħda uffiċjali għall-fatti żvelati.