Lokali

BIR-RITRATTI: Dak kollu li ġara matul il-lejl fl-Imsida

Raġel armat b’armi tan-nar u skieken arrestat wara aktar minn sitt sigħat ta’ negozjati Raġel mis-Serbja, ta’ 38 sena, ġie arrestat wara operazzjoni delikata kkordinata bejn diversi taqsimiet tal-pulizija.

Sitt sigħat u nofs ta’ negozjati bil-kelma t-tajba sabiex ir-raġel, li kien armat b’armi tan-nar u skieken, wasslu biex is-Serb jiġi arrestat u ħadd ma weġġa’. Il-każ kellu l-bidu tiegħu fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija (1930hrs), xħin daħlu telefonati fl-Għassa tal-Imsida u fil-Control Room tal-Pulizija l-Floriana, b’rapporti li fi Triq Qrejten, l-Imsida, hemm persuna ta’ nazzjonalità barranija allegatament qiegħda thedded xi persuni bi skieken u tagħmel ħsara fuq vetturi privati.

Fuq il-post waslu mill-ewwel tar-Rapid Intervention Unit u ftit wara tad-Distrett, li ngħataw informazzjoni li l-persuna involuta daħlet f’residenza f’din it-triq. Il-Pulizija ħabtu fuq il-bieb, bissuspettat jiftaħ u jxejjer sikkina mdaqqsa. Wara kkarga senter u ppontaha fid-direzzjoni tal-pulizija u hedded li se jispara fuqhom. Għalhekk intalbet aktar assistenza u waqt li t-toroq tal-madwar ingħalqu, f’dan il-mument bdew innegozjatisabiex is-Serb iċedi u jagħti ruħu f’idejn il-Pulizija. Waqt li kienu għaddejjin dawn in-negozjati, bir-residenza ċċirkondatata, ir-raġel deher jimxi fid-dar u anke fil-bitħa armat b’pistola kkargata. Fiddar kien hemm ukoll tlett iklieb perikolużi.

Minħabba li s-sitwazzjoni kienet waħda delikata, issejħu fuq il-post il-Pulizija tas-Special Intervention Unit (SIU), bin-negozjati mas-suspettat baqgħu għaddejjin għal diversi sigħat, bil-għan li jżedi u joħroġ mir-residenza bil-kwiet, iżda kien kollu ta’ xejn, għax ma kkoperax. Kienu ftit qabel is-sagħtejn ta’ filgħodu (0200hrs), xħin il-Pulizija tas-SIU daħlu fir-residenza, tefgħu numru ta’ ‘flashbangs’, bis-Serb jiddiżorjenta ruħu u ġie arrestat. F’dan il-mument, wieħed mill-klieb attakka lill-pulizija, li kienu kostretti jisparaw żewġ tiri li laqtu lill-kelb. Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, li kienu fuq il-post, ħadu mill-ewwel il-kelb l-isptar tal-annimali biex jiddewwa.

Waqt l-arrest, is-Serb instab fuq is-sodda u f’idejh kellu s-senter u l-pistola kkargati. Minn tfittxija li saret fir-residenza, instabu mijiet ta’ skrataċ, 10 oġġetti oħra bejn skieken u xwabel, kif ukoll armi bilponta magħmulin mill-injam.

Aktar tard, żewġt iklieb oħra li wkoll kienu perikolużi, ttieħdu minn fuq il-post mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali. Fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku tal-Emerġenza millIsptar Mater Dei, f’każ ta’ bżonn, iżda fortunatament ħadd ma’ weġġa’.

Dwar dan il-każ qiegħda ssir inkjesta mill-Maġistrat Neville Camilleri.

L-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema.