Lokali Qorti

Erba’ xhur ħabs wara li żgiċċa għal Ruma b’passaport falz

Marokkin ta’ 17-il sena ġie kundannat erba’ xhur ħabs wara li ammetta li rnexxielu jqarraq bl-uffiċjali tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta u jaqbad titjira lejn Ruma permezz ta’ passaport falz.

Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda bil-ħati jinqabad fl-ajruport tal-kapitali Taljana li kien qed juża passaport iffalsifikat. L-awtoritajiet mill-ewwel bagħtuh lura lejn Malta bl-Ispettur Christian Abela iressqu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.

Wara li hija qieset li l-akkużat huwa taħt l-età u li kkopera mal-Pulizija u anke ammetta mill-ewwel, il-Qorti kkundanatu erba’ xhur priġunerija. Għalih deheret l-Avukat Charmaine Cherrett.