Lokali Parlament

Il-Gvern ma daħħalx miżuri maqbula kontra l-obeżità

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-gvern ma żammx kelmtu dwar miżuri li kellhom jiddaħħlu biex jiġġieldu l-problema tal-obeżità u naqas li jdaħħal avviżi legali li l-Oppożizzjoni kienet għaddiet lill-Gvern fl-2015.

Fil-Parlament Robert Cutajar tkellem dwar is-settur tal-obeżità u tratta l-qbil li kien hemm fil-Parlament iżda l-gvern baqa’ ma daħħalx l-avviżi legali li kellu jdaħħal. Għalhekk Malta baqgħet fost l-aktar pajjiżi li għandu nies b’piż żejjed, il-pajjiż qed ifalli quddiem din il-problema tal-obeżità.

Ħames snin ilu l-abbozz imressaq mill-istess Robert Cutajar f’isem Oppożizzjoni dwar l-istili ta’ ħajja sana kellu jħalli effetti pożittivi fil-kwalità tal-ħajja fejn il-Gvern kellu jieħu impenn ħolistiku quddiem din il-problema u fejn it-tfal Maltin huma fuq quddiem fost l-aktar tfal li għandhom problemi ta’ piż żejjed.

F’dan il-budget l-obeżità tissemma’ biss darba waħda; dan mhux biżżejjed u għalhekk il-kumitat għandu jibda jimplimenta dak li kien maqbul ħames snin ilu.

Fost dawn hemm l-eżerċizzju fiżiku fost it-tfal iżda l-verità hi li numru ta’ skejjel tal-gvern għandhom biss lezzjoni waħda ta’ eżerċizzju fiżiku fil-ġimgħa. Il-PN nieda kampanja nazzjonali u għamel konferenza nazzjonali kontra l-obeżità, sostna Robert Cutajar.

Il-PN fl-aħħar xhur nieda Kampanja Nazzjonali SportforLife #letsbeatobesitytogether u għamel Konferenza Nazzjonali kontra l-obeżità, sostna Robert Cutajar.