Iż-żgħażugħa Maltija Haley Bugeja li tilgħab ma’ Sassuolo fis-Serie A Femminile fl-Italja rebħet l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Ottubru.
Dan wara li Bugeja kellha bosta prestazzjonijiet tajbin fejn saħansitra fl-erba’ partiti li kienet involuta skorjat erba’ gowls. Sassuolo jinsabu fit-tieni post tas-Serie A Femminile b’16 -il punt żewġ punti taħt Juventus li jinsabu fl-ewwel post.
//= $special ?>