Żewġ gowls ta’ Antonin Barak kienu biżejjed biex Verona kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Benevento. Verona fetħu l-iskor wara 17-il minuta meta Zaccagni qassam lejn Antonin Barak li minn pożizzjoni komda ma’ żbaljax. GIANLUCA LAPADULA ġab l-iskor indaqs meta kkonkluda wara azzjoni tajba bejnu u bejn Caprari.
BARAK irdoppja u reġa’ tefa’ lil Verona fil-vantaġġ fit-63 minuta. Benevento spiċċaw b’għaxar plejers wara li Gianluca Carpari ntwera’ l-karta l-ħamra wara li deher jgħaddi xi kummenti fil-konfront tar-referee. DARKO LAZOVIC għamilhom 3-1 fis-77 minuta b’daqqa’ ta’ ras tajba.
//= $special ?>