Lokali Parlament

Il-gvern bla pjan quddiem is-sitwazzjoni ta’ kriżi fit-turiżmu

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-PN Robert Arrigo qal fil-parlament li l-gvern hu bla pjan quddiem is-sitwazzjoni hi ta’ kriżi fit-turiżmu.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar il-Ministeru għat-Turiżmu Robert Arrigo qal li l-gvern nefaq ammonti kbar ta’ flus fil-proroganda iżda l-gvern għandu jrid jabbozza l-viżjoni ekonomika u l-pjan immedjat juri kemm dan hu gvern bla viżjoni.

Malta jeħtieġ li jkollha ppjanar speċjalment f’dan is-sentejn li ġejjin li huma kruċjali. Dwar l-Air Malta hu qal li din intqal li se titlob l-għajnuna mill-UE wara li l-PL tant kien kontra l-UE. Hu qal li issa falla kollox fejn saru bidliet fl-uffiċjali tal-Air Malta u appella lill-gvern biex jispeċifika kemm se jitlob mill-UE.

Il-Viċi-Kap tal-PN qal li jidher li l-gvern m’għandux il-pjani neċessarji għat-turiżmu fosthom fil-prezzijiet u fir-rotot. L-operaturi huma inkwetati, sostna Robert Arrigo, qal li l-Gvern mhux jaċċetta proposti mill-PN fejn fuq l-Air Malta għandha tiffoka fuq setturi li m’humiex milquta l-aktar mill-virus.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jkun aħjar li tissaħħaħ l-Air Malta u staqsa għaliex saret il-Med Air biex tikkompeti mal-Air Malta. Hu kkritika l-fatt li tkeċċew il-bdoti tal-Air Malta fejn issa l-ħbieb tad-distrett se jgawdu wara li tħabbar bord ġdid.

Hu staqsa għaliex m’humiex joħorġ l-accounts tal-Air Malta; liema accounts huma ta’ importanza kbira biex isir pjan ta’ azzjoni. Fl-Air Malta hemm nies li m’humiex ta’ fama tajba li huma impjegati mal-Air Malta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-budget ma jsemmi xejn fuq l-ITS u ppropona li jsiru emendi dwar il-ħaddiema biex kollhom sigurtà. Hemm min tilef l-impjieg u ma marx jirreġistra waqt li oħrajn telqu minn Malta. Dan waqt li hemm ħaddiema fuq it-€800, li issa jinsabu bis-siegħat imnaqqsa jew li jaħdmu biss fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Viċi-Kap tal-PN appella biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u qal li hemm bżonn li ma tibqax il-konfużjoni dwar il-ħinijiet tal-bars. Hu staqsa jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-kontijiet u għajnuna lill-ħaddiema ta’ dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jidher li l-gvern m’għandux pjan minn April 2021 u staqsa x’inhu l-pjan wara l-COVID. Hu sostna li jekk il-gvern kellu l-mekkaniżmi dawn fallew; Malta jeħtieġ tkun preparata bis-sħiħ quddiem dawn iċ-ċirkostanzi għaliex fil-budget m’hemm xejn.

Robert Arrigo kompla li l-prodott Malti għandu jkun ippjanat u mtejjeb u sostna li l-pajjiż irid ikun aħjar meta joħroġ mill-virus; Malta trid tkun lesta biex tikkompeti meta sa iseħħ.

Hu qal li l-PN għamel diversi proposti għal dan is-settur u kkritika lill-gvern li ma sar l-ebda titjib bil-flus li daħħal mill-eco-tax. Kemm daħlu minn din it-taxxa? staqsa Robert Arrigo, li appella biex isiru l-proġetti modernizzar f’diversi żoni madwar il-pajjiż kollu.

Il-Viċi-Kap tal-PN appella biex jissaħħu setturi li jistgħu jaħdmu flmkien mal-ambjent u l-kostruzzjoni u kkritika lill-gvern għall-ħsara li għamel lir-reputazzjoni ta’ Malta minħabba l-korruzzjoni.

Hu appella lill-gvern biex jispjega l-mekkaniżmi dwar Brexit dwar l-istrateġija dwar il-familji Maltin li jilqgħu studenti barranin. Il-PN qed jipproponi diversi proposti biex ikunu mgħejjuna diversi setturi; jeħtieġ li jkun hemm flessibbiltà fl-operat. F’dan il-perjodu 21 lukanda għalqet b’ħafna ħaddiema involuti, qal Robert Arrigo, li kompla li l-PN lest ipoġġi mal-gvern biex issir konsultazzjoni dwar dan s-settur.

Malta tilfet iċ-ċans li tkun post sigur iżda ma kienx hemm il-proposti neċessarji, sostna Robert Arrigo, li kompla li Malta u Għawdex għadhom ikunu wifi-free kullimkien.