Lokali Parlament

Il-gvern żarma servizzi bażiċi fil-kura tas-saħħa mentali

Mario Galea, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Mentali

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-gvern żarma servizzi bażiċi fil-kura tas-saħħa mentali.

Fid-dibattitu parlametnari dwar il-Ministeru ts-Saħħa id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li hu pazjent bi problemi ta’ saħħa mentali u jbati bid-dipressjoni u l-ansjetà; meta nies jitkellmu fil-pubbliku dwar dawn il-problemi huma jkunu qed jgħinu biex titnaqqas l-istigma u oħrajn jieħdu l-kura. Hu qal li 70% ta’ dawk li jbatu bid-dipressjoni ma jieħdux il-kura.

L-aktar inkwetanti hu li dipressjoni mhux ikkurata hi r-raġuni ewlenija għas-suwiċidju fejn persuna kull 40 sekonda fid-dinja tneħħi ħajjtha b’idejha’; madwar miljun kull sena waqt li sas-sena dan in-numru se jiżdied għal 2 miljuni.

Hu kkritika lill-gvern iżarma l-Crises Intervention Unit u sostna li waqt il-COVOD 19 il-gvern ħa l-Isptar Boffa kif kien meħtieġ. Hu sostna li gvern Nazzjonalista kien ħames kliniċi biex il-kura mentali tkun iktar effettiva fil-komunità iżda dan il-gvern ma qabilx ma’ din il-politika u fi tmien snin ma fetaħx klinika waħda għaliex jemmen li l-pazjenti għandhom jieħdu s-servizzi mill-bereġ.

Mario Gaela qal li hu kien qabel ma’ din il-politika iżda ittieħdet deċiżjoni bla kompassjonati li fiha ingħaqlet l-oupatients għal persuni ta’ saħħa mentali; dan bla saret konsultazzjoni tant li l-professjonisti ħarġu jikkudannaw.

Issa l-kura waqgħet taħt il-ħames klinċi li kien fetaħ gvern Nazzjonalista, li huma żgħar bi staff partikolari u li qatt ma kienu intenzjonati biex iforni s-servizzi lil Malta kollha. Din kienet deċiżjoni kattiva u bla ippjanar fejn l-istaff ma żdiedx waqt li kien hemm riżenji ta’ staff.

Il-klinika tal-Florjana kellha 1,000 pazjent iżda iss żdiedet b’5,000 pazjent; illum lanqas hemm l-kmamar fejn dawn il-pazjenti lanqas għandhom spazju biex jingħataw attenzjoni personali.

Issa l-pazjenti mhux se jibqgħu jaraw il-psikjatri li jafuhom iżda se jsibu lill-psikjatri li jkun hemm fil-klinika li ma jkunx jaf lill-pazjenti u li ma jkollux hemm relazzjoni personali mal-pazjent.

Il-gvern ilu tmien snin iwiegħed sptar ġdid għas-saħħa mentali u m’hemmx flus ivvutati; il-gvern qed iżid l-istigma hu, sostna Mario Gaela.