Lokali Parlament

Il-pajjiż irid ikun imħejji għal sfidi ta’ pandemiji fil-futur; jeħtieġ investiment immedjat biex ikun evitat kollass

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-pajjiż irid ikun imħejji għal sfidi ta’ pandemiji oħra li jistgħu jolqtu lill-bniedem fil-futur.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru tas-Saħħa Stephen Spiteri qal li l-PN jrid jikkontribwixxi bi proposti u sostna li s-soċjetà kollha għandha tkun responsabbli f’dan il-mument tal-pandemija COVID-19.

Il-pajjiż irid ikun preparat għal sfidi ġodda li jistgħu jolqtu l-pajjiż. Hu sostna li l-PN għamel diversi proposti f’diversi oqsma u qal li l-COVID qed teffettwa s-setturi kollha tas-saħħa inkluż dawk primarji, Mater Dei u lil-ħaddiema kollha.

Fl-ITU hemm sitwazzjonijiet li qed jesklaw minħabba li l-pazjenti bil-COVID jekk jokkupaw is-sodod flimkien mal-persuni l-oħrajn; dan qed iwassal għal sitwazzjoni diffiċli. L-ITU għandu bżonn ukoll ir-riżorsi umani speċjalizzati li bħalissa għaddej minn sitwazzjoni ta’ overload; għalhekk għandu jkun hemm iktar investiment.

Hemm problema ta’ posponiment ta’ operazzjonijiet li suppost kellhom isiru. Jekk mhux se jkun hemm miżuri stretti u effettivi se jkun hemm kollass fis-settur tas-saħħa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan qed jgħiduh ukoll il-unions tat-tobba, speċjalisti, il-patoloġisti u infermiera.

Hu qal li l-PN waqqaf team ta’ azzjoni dwar din is-istwazzjoni u ressaq diversi proposti fosthom li jitwaqqaf kumitat ta’ sorvelja nazzjonali u reġim sħiħ ta’ ittestjar għal kull min jiġi minn barra.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din it-tieni mewġa hi ferm ikbar mill-ewwel waħda u żied li għalhekk il-pajjiż irid jieħu l-azzjonijiet meħtieġa. Jeħtieġ li kulħadd jaħdem biex ma jkunx hawn forced lockdown, sostna Stephen Spiteri, li qal li n-numru ta’ persuni infettati m’hwiex ftit għal Malta.

Jeħtieġ investiment qawwi fis-saħħa mentali u fis-servizzi tal-mard sesswali fejn jeħtieġ żieda fir-riżorsi umani, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tkellem dwar l-isptarijiet li l-gvern biegħ lill-privat. Il-gvern iktar xaqleb lejn kif se jgawdi l-privat milli kif se jibbenefikaw il-Maltin; il-PN qed jipproteġi lill-pazjenti Maltin.

Kien anki l-Awditur Ġenerali kkritika dan il-deal ta’ €2.1 biljun għal 30 sena fejn suppost sar investiment fl-Isptar San Luqa b’400 sodda, sptar ġdid f’Għawdex f’numru ta’ sodod iżda dan ma sarx.

Fl-aħħar Stewart xtraw ventilators iżdaa dawn kellhom jinvestu fl-infrastruttura tas-settur tas-saħħa; il-kuntratt għandu jintemm għax ma kienx serju.

Il-gvern intrabat li jagħti €100 miljun lil Stewart jekk dawn ma jkunx ta’ livell li jmexxu l-isptarijiet. Hu staqsa x’sar mir-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni dwar il-kuntratt ma’ Steward.