Lokali Parlament

Il-PN bi proposti għas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali; fejn il-gvern falla

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li quddiem il-falliment tal-gvren fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjal, il-PN għandu proposti konkreti kontra l-faqar u l-konsegwenzi li dan iġib miegħu.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali d-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li fil-mument bħala Partit Nazzjonalista qed niddiskutu l-proposta tal-living income, li dejjem emmint fiha.

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Infatti, riżultati ta’ survey riċenti ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq Income and Living Conditions juri bl-aktar mod ċar li d-distakk fid-dħul bejn dawk li jaqilgħu ħafna u dawk li jaqilgħu ftit qed ikompli jikber. Hi sitwazzjoni li qed twassal għal aktar inugwaljanzi fl-għajxien u fl-opportunitajiet fil-ħajja.

Il-faxxa ta’ bnedmin l-aktar l-isfel f’pajjiżna mhux biss qed dejjem issib ruħha f’aktar diffikultajiet biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet ta’ kuljum, imma din il-faxxa ta’ bnedmin qed tkompli tikber u tinfirex u tinkorpora fiha familji li qabel ma kienux jesperjenzaw la l-faqar u lanqas l-esklużjoni soċjali.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan is-survey juri b’mod ċar li wieħed minn kull ħames persuni f’Malta qiegħed f’din is-sitwazzjoni. Huma l-familji, l-anzjani u t-tfal partikolarment, li qed jaqgħu f’din il-morsa ta’ nuqqasijiet u tbatija fl-għajxien tagħhom. Hemm ukoll l-working poor li n-numru tagħhom qed dejjem jiżdied. Bla dubju meta ttejjeb il-ħajja tal-bnedmin, il-kjuwijiet lejn il-binjiet tal-housing soċjali jonqsu awtomatikament.

Huwa f’dan il-kuntest li wiehed irid iħares lejn din il-proposta biex ikun hawn living income li jiżgura dhul diċenti għal kulħadd. Nemmen f’din il-proposta valida u li tappella lil ħafna partikolarment fiċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom, kif spjegajt aktar qabel. Bla dubju li ħafna mistoqsijiet minn setturi varji u li wieħed irid jindirizza sew ħalli jserraħ ras kulħadd li proposta bhal din tkun taħdem u ta’ġid.

Hu kompla li aktar man-numru jikber, aktar ikollna nkwiet soċjali, li ma jixraqx lil pajjiż li tant għamel progress mill-Indipendenza ‘l hawn. Li jkollok imqar persuna waħda f池iskju ta’ faqar, diġà huwa għajb għal pajjiżna, li jkollok persuna li tmut f’karozza għax ma jkollix saqaf fuq rasha huwa skandlu.

It-13 ta’ Settembru li għadda, raġel miet waħdu mdawwar bl-affarijiet tiegħu biss għax ma kellux post fejn jorqod, għajr fkarozza li tah ħabib tiegħu. Dan hu wieħed mill-agħar każijiet; mhux għax f’karozza biss, hhux għax mingħajr kumdità mma għax miet bla dinjità mingħajr saqaf imqar ta’garaxx. Bħal dan ir-raġel, hemm barra hemm oħrajn. Is-soċjetà falliet quddiem dan il-persuna bla dar.

Ritratt mill-Arkivji

Ta’ kuljum nisma minn  fomm l-imġarrab il-weġgħat ta’ min qed jinfena bil-kera.Iħallas prezz esaġerat u qies li ma jitniffisx inkella barra, b’ familtu, bil-kelb u l-qattus b’ kollox.Bla skrupli u mingħajr l-ebda rimors fil-kuxjenza jiġu mhedda kontinwament, biex jekk ma jogħġobhomx ifittxu band’oħra.

Li tfarrak lil familji, l-aktar dawk fil-bżonn u baqgħu lura, għandhom l-obbligu li jindunaw b’ dan l-isfruttament qabel ikun tard wisq. Hemm min huwa għajjien u mfarrak. Hemm min xeba, għax f’ ħajtu falla. Hemm min mhux qed jara tama u l-ebda raġġ dawl L-unika triq li jibqa’ jara hi dik li jistrieħ fis-sliem, taħt it-trab. Din hi nkwetanti Bħalma nisma’ jien dan il-kliem, ċert li jisma’ l-gvern.

Bħala Oppożizzjoni rridu li bis-serjetà titwettaq valutazzjoni analitika mill-ġdid tal-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali. Irridu nirrevedu dan il- qafas ta’ politika biex tirrifletti aħjar l-isfidi soċjali emerġenti preżenti f’pajjiżna. Aħna rridu li din il-valutazzjoni mill-ġdid tieħu kont tal-effettività u n-nuqqasijiet tal-politika attwali biex tindirizza aħja persuni vulnerabbli u marġinati permezz ta’ miżuri ġodda u aktar konkreti mmirati lejn sistemi strutturali multidixxiplinarji.

Hu qal li s’issa din l-istrateġija dejjem saret bla sens u b’ nuqqas ta’ effettivita. F’kelma waħda; paprata. L-unika figura li naqset kienet ta’ severe material deprevation. L-akbar sfida tibqa’ dik tal-pagi. Imkien ma rajna strateġija li ddum 10 snin, għaliex il-faqar kontinwament jimbidel, sostna Ivan Bartolo.