Coronavirus Futbol Sport

Il-UEFA qed tikkonsidra li l-EURO 2020 issir f’pajjiż wieħed

Il-UEFA qed tikkonsidra li l-EURO 2020 li se ssir fis-sajf li ġej ssir fir-Russja minflok kif kien pjanat qabel madwar bosta pajjiżi fl-Ewropa.

Dan wara li l-EURO 2020 ġiet posposta għas-sajf li ġej kawża tal-pandemija tal-coronavirus. Bħalissa madwar l-Ewropa l-każijiet tal-coronavirus splodew ‘il fuq u l-idea li t-timijiet ikollhom jivvjaġġaw fost ir-restrizzjonijiet imposti minn bosta pajjiżi Ewropej qed tagħmilha diffiċli biex tkun tista’ sseħħ.

Mill-bidu t’ Ottubru, ir-Russja ta’ kuljum qed ikollha aktar minn 10,000 każ ġdid ta’ coronavirus fejn sa issa kien hemm aktar minn 28,473 mewta kawża ta’ dan l-virus.