Internazzjonali

Imut l-attur Taljan Gigi Proietti

Illum kien propju għeluq sninu

Id-dinja tal-ispettaklu fl-Italja tinsab maħsuda wara li kmieni dalgħodu ħarġet l-aħbar tal-mewt tal-attur Taljan Gigi Proietti. Hu miet wara li żviluppawlu problemi f’qalbu.

Propju llum, Proietti kien se jiċċelebra għeluq sninu – 80 sena.

L-attur Taljan jibqa’ sinonimu għal diversi partijiet komiċi li interpreta fuq il-palk u fuq it-televiżjoni, iżda mhux biss. Hu kien ukoll parteċipi f’diversi rwoli f’numru ta’ films ċinematografiċi.

Gigi Proietti kien miżewweġ u kellu żewġ itfal.