Lokali Qorti

Investigazzjoni b’rabta ma’ allegat ħasil ta’ flus u misapproprijazzjoni

L-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus, fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, se tressaq il-Qorti raġel ta’ 60 sena, b’rabta ma’ allegat ħasil ta’ flus u misapproprijazzjoni.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intensivi, ir-raġel, Malti, mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar u jkun akkużat ukoll li nstab fil-pussess tiegħu kwantità ta’ xorb alkoħoliku li fuqhom ma tħallasx dazju għad-dannu tad-Dipartiment tad-Dwana u għall-Gvern ta’ Malta.

Ir-raġel se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella. Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Oriana Spiteri u Keith Mallan mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, flimkien ma’ Dr Gary Cauchi mill-uffiċju tal-Avukat Ġeneral.