Leicester City telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Leeds United 3-1. Leicester fetħu l-iskor wara tliet minuti meta Jamie Vardy approfitt minn żball fid-difiża ta’ Leeds fejn qassam lil HARVEY BARNES li b’faċilità kkonkluda fix-xibka. YOURI TIELEMANS għamilhom 2-0 fil-21 minuta meta kien l-ewwe fuq il-ballun wara li Meslier salva parzjalment it-tentattiv ta’ Vardy. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, DALLAS naqqas l-iskor għat-tim ta’ Marcelo Bielsa. JAMIE VARDY aċċerta mit-tliet punti fis-76 minuta biex għamilom 3-1. Lejn it-tmiem TIELEMANS skorja r-raba’ gowl permezz ta’ penalty.
Fulham kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun fil-Premier League wara li fi Craven Cottage għelbu lil West Browich Albion 2-0. B’din ir-rebħa Fulham ħarġu miż-żona relegazzjoni filwaqt li West Brom niżlu mal-aħħar tliet timijiet tal-klassifika. Fulham marru fil-vantaġġ wara 26 minuta permezz ta’ daqqa’ ta’ ras ta’ BOBBY DECORDOVA – REID. It-tim imexxi minn Scott Parker irodppja erba’ minuta biss wara b’xutt b’saħħtu ta’ OLA AINA biex b’hekk aċċerta mill-ewwel tliet punti ta’ dan l-istaġun.
//= $special ?>