Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Arkivji

Raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, sofra ġrieħi serji wara waqgħa mill-għoli.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta ta’ nofsillejl u għaxra, li persuna waqgħet madwar sular u nofs fi Triq it-Trunċiera, f’San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel waqa’ minn fuq ċint u ġie f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jittella’ l-vittma u tim mediku ta l-ewwel assistenza. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.