Lokali

Raġel jaqa’ f’ġiebja f’Ħal Kirkop

Raġel ta’ 46 sena li joqgħod l-Imqabba weġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’ġiebja.

F’xi s-7:15am, il-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza f’barriera fi Sqaq ir-Ramlija, Ħal Kirkop.

Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku biex jassitu.

L-ewwel investigazzjonijiet rriżultaw li r-raġel kien qiegħed jirranġa l-ġiebja u waqa’ minn fuq ċint.

Wara li ttella’, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.