Futbol Sport

Rebħa mpressjonanti għal Qrendi

Chris Cassar

QRENDI ……………………. 4

FGURA U. …………………. 1

Qrendi:  D. Zarb, L. Martinelli, S. Schembri, G. Muscat, A. Nilsson, D. Bueno, E. Vella, E. Perdomo, D. Azzopardi, L. Schembri, C. Camilleri.

Fgura U: B. Bartolo, J. Stenson, J. Barbara, J.P. Attard, T. Grech, G. Martin, S. Nanapere, J. Vella, J. Cassar, N. Ojuola, D. Quintero.

Referee: Ezekiel Barbara

Wirja mpressjonanti minn Qrendi li kisbu rebħa kbira u taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Fgura. Għalkemm ir-rebħa hio kbira u meritata, ta’ min jgħid li sa ħames minuti mit-tmiem ir-riżultat kien għadu nċert bit-tim ta’ ta’ Fgura jipprova jikseb il-gowl tad-draw, iżda fl-aħħar ħinijiet Qrendi aċċertaw b’żewġ gowls oħra.Bidu mill-aqwa ta’ Qrendi li wara erba’ minuti fetħu l-iskor b’gowl mill-isbaħ ta’ Calvin Camilleri li wara azzjoni personali fajjar xutt li ħabat mal-mimduda qabel spiċċa wara Bartolo.

Ħames minuti Qrendi viċin it-tieni gowl meta Nilsson qabeż anki lill-goalkeeper iżda x-xutt tiegħu kien salvat minn fuq il-linja minn Stenson.Il-bidu tat-tieni taqsima kien identiku għall-ewwel parti bit-tim ta’ Qrendi jżid l-iskor b’azzjoni personali ta’ Alex Nilsson.

Fgura iżda wettqu reazzjoni rabbjuża u fid-59 minuta rebħu penalty għal fawl fuq Ojuola u mill-11-il metru Nanapere ma falliex.Il-logħba issa saret ferm bilanċjata fejn Fgura bdew ifittxu l-gowl tad-draw iżda ħames minuti mit-tmiem Fgura għalqu l-logħba meta Dasser Sammut twaqqa’ fil-kaxxa u mill-ħdax-il metru kien Leejoe Schembri li skorja b’xutt ċentrali.Fil-ħin miżjud Qrendi skorjaw anki r-reba’ gowl b’azzjoni ta’ kontrattakk mitmuma b’xutt bomba mis-sostitut Michael Gatt.