Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 218-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta biex fl-aħħar tliet ijiem tħabbru 458 każ ġdid.
Fl-aħħar sigħat 111-il persuna ġew iddikkjarati li fiequ mill-virus.
Biċ-ċifra tal-lum issa telgħu għal 6,617 in-numru totali ta’ każi li kienu rreġistrati f’pajjiżna.
Mill-140 każ imħabbra lbieraħ, aktar minn mija minnhom ma nstabx minn fejn ħadu l-virus, filwaqt li tnax minnhom kienu każi ta’ trażmissjoni fuq il-post tax-xogħol, ħdax każi ta’ trażmissjoni fil-familji, 9 kuntatti ta’ każi oħra pożittivi, ħames kazi minn attivitajiet soċjali u żewġ każi impurtanti.
Sa issa l-virus ħalla 64 vittma f’pajjiżna.