Sport Sport Ieħor

Rennie Deguara jirbaħ l-All Malta Trap 2020

Rennie Deguara kien iddikjarat rebbieħ tal-avveniment prestiġjuż tal-isparar All Malta Trap li sar fix-Shooting Range Nazzjonali u kienet organizzata fuq jumejn.

Eugenio Borg temm fit-tieni post filwaqt li John Marmara temm fit-tielet post fejn fl-ewwel jum it-tiraturi kellhom 75 tir filwaqt li fit-tieni ġurnata kellhom 50 tir. Fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni, it-tiraturi ġabu dawn ir-riżultati: Rennie Deguara 114/125, John Marmara 112/125, James Galea Jr. 111/125, Nicholas Carabott 108/125, Franck Scorfna 105/125, Eugenio Borg 115,125. Il-programm MSSF Trap ikompli nhar il-Ħadd fis-Southern Shooting Club bil-kompetizzjoni SSC.

Ir-riżultati finali: 1 Rennie Deguara 38/50, 2 Eugenio Borg 37/50, 3 John Marmara 26/40, 4 Nicholas Carabott 23/35, 5 James Galea Jr. 20/30, 6 Frank Scorfna 12/25