Internazzjonali

Sa issa kważi nofs il-popolazzjoni Slovakka tagħmel swab test

Ftit anqas min-nofs il-popolazzjoni Slovakka għamlet swab test għall-Covid-19. Il-Gvern Slovakk ħa din id-deċiżjoni bit-tama li jinstabu l-każijiet kollha fil-pajjiż u b’hekk tkun missielta l-imxija tal-Covid sabiex ma jkunx hemm għalfejn isir lockdown.

Din l-iskema qed titħaddem għall-ewwel darba f’pajjiż tad-daqs tas-Slovakkja, u bosta pajjiżi qed jaraw kif taħdem hemm biex japplikawha f’pajjiżhom ukoll.

Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta’ 5.5 miljun u għandu t-tir li f’jumejn jiġu ttestjati kemm jista’ jkun persuni, ħlief għal tfal taħt l-età ta’ 10 snin.