Lokali

“S’issa ma smajna xejn aktar” – Repubblika f’ittra lill-Prim Ministru

F’ittra indirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela, l-għaqda tas-Soċjetà Ċivili, Repubblika appellat biex il-liġi li tissalvagwardja lil persuni li jgħixu biswit siti ta’ kostruzzjoni titlesta mill-aktar fis possibli.

Repubblika fakret lil Robert Abela fil-wegħda tiegġu li dan kien se jsir appena jiftaħ il-Parlament f’Ottubru, wegħda li l-Prim Ministru ma żammx. Dan filwaqt li saħqu li dan qed iwassal biex aktar nies ikunu f’riskju li jgħaddu minn dak li għaddiet Miriam Pace.

Miriam Pace tilfet ħajjitha bħal-lum tmien xhur fid-dar tagħha stess meta l-bini sfronda waqt li ħdejh kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni.