Lokali

Skart mormi bi traskuraġni bil-kampanja

Bagalja.
Pushchair.
Sodda tat-trabi.

Huma dawn ftit mill-oġġetti li jinsabu mormija llegalment f’passaġġ li jgħati għal Għar Lapsi, post magħruf kemm għall-Maltin u saħansitra mat-turisti, liema xena ma tinżilx tajjeb ma dawk li jżuru l-post.

F’filmat li jidher fil-paġna Raniero’s Adventures – Live Life, qalb is-siġar fil-ġenb tat-triq jidher kemm skart goff, bħal borġ ġebel, kif ukoll skart ieħor, fosthom fliexken tal-plastik, liema skart jagħmel tant ħsara lill-ambjent.