Il-programm PROFILI tal-lejla jirritorna hekk kif se jeħodna mill-ġdid fil-gżira Għawdxija fejn se niltaqgħu ma’ artist statwatur li għandu isem f’pajjiżna, iżda anki ‘l bogħod minn xtutna.
F’rakkonti tal-passat u oħrajn, l-artist se jgħidilna x’portafoll iħaddan għall-profil tiegħu… ovvjament waqt il-kelmtejn se jkollna xi ċajta u anki rakkont ta’ xi praspuri, fejn fost l-oħrajn se jgħidilna ftit dwar x’ġaralu darba waħda waqt li kien qed idur il-wirjiet…
Żgur mhux forsi li dawn il-ġrajjiet, imżewqa b’karattru umli tal-profil se jgħinu biex it-tbissima fuq fommna żgur ma tonqosx!
Niltaqgħu llejla!
//= $special ?>