Fi Grupp A tal-UEFA Champions League, Atletico Madrid kienu miżmuma fi dro ta’ 1-1 kontra Lokomotiv Moskow. Jose Maria GIMENEZ fetaħ l-iskor fit-18-il minuta wara li rċieva kross mingħand Hector Herrera u tefa’ fil-ġenb tax-xibka b’daqqa ta’ ras. Fil-25 minuta, Lokomotiv rebħu penalty wara li Herrera miss il-ballun b’idu. Anton MIRANCHUK inkwadra tajjeb, b’Jan Oblak qabeż in-naħa opposta.
Borussia Monchengladbach umiljaw lil Shakhtar Donetsk b’sitt gowls f’darhom stess, biex telaw fil-quċċata ta’ Grupp B. Alassane PLEA skorja minn pożizzjoni faċli wara tmien minuti biss, u għaxar minuti wara, xutt ta’ Christoph Kramer kien devjat minn Valerii BONDAR u tniżżel bħala awtogowl. Fis-26 minuta, Alassane PLEA għamel id-doppjetta personali b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. Il-Ġermaniżi żiedu r-raba’ gowl qabel il-mistrieħ fejn Ramy BENSEBAINI tefa’ fix-xibka wara konfuzjoni fil-kaxxa. Monchengladbach komplew id-dominju tagħhom wara li ħadu vantaġġ minn żball fid-difika Ukrena b’Lars STINDL jgħeleb lil gowlkiper. Huma għamluhom sitta fejn PLEA għamel it-tripletta permezz ta’ pass tajjeb ta’ Marcus Thuram u għalaq il-partita.
//= $special ?>