Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 106 każi ġodda – ifiqu 108

Fl-aħħar ġimgħa l-Gżejjer Maltin raw żieda ta’ 821 każ – bit-tixrid tal-pandemija jissokta quddiem għajnejn il-poplu.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 106 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jammontaw għal 2,154.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 6,723.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta fiequ 108 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 4,505.

Intant, mill-218-il każ li tħabbru tul il-jum tat-Tnejn; 23 każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 10 każi minn fuq il-postijiet tax-xogħol, żewġ każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, każ importat u żewġ każi minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 180 persuna ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna jammontaw għal 64 wara li f’temp ta’ ftit aktar minn ġimgħatejn tilfu ħajjithom kawża tal-virus 19-il persuna.