Futbol Sport

Diego Maradona se jiġi operat wara li lbieraħ iddaħħal l-isptar

Nhar it-Tnejn li għadda, l-Arġentin Diego Maradona ddaħħal l-isptar f’Buenos Aires minħabba anemija u deidrazzjoni, u t-tabib personali kien qal li l-kundizzjoni tiegħu qed taqleb għall-aħjar. Illum, it-tabib tiegħu kkonferma li se jiġi operat għal embolu tad-demm fil-moħħ. Dan jista jiġi ffurmat minn injury fir-ras, li kapaċi jikkawża pressjoni żejda fuq il-moħħ.

Maradona, li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja tal-futbol, huwa kowċ tal-klabb lokali Gimnasia y Esgrima. Numru kbir ta’ partitarji tal-klabb marru quddiem l-isptar b’diversi messaġġi ta’ kuraġġ lill-kowċ tat-tim tagħhom.