Lokali Parlament

Gvern bla pjan fl-ambjent; il-PN bi proposti għas-settur

David Thake, PN

Filwaqt li l-gvern m’għandu ebda pjan ambjentali, il-PN mill-Oppożizzjoni qed jipproponi strateġija u viżjoni bi proposti ġodda gall-ambjent.

Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista David Thake meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Ambjent fejn qal li l-ambjent jolqot lill-pajjiż kollu; il-gvern Laburista taparsi skopra l-ambjent u issa qed jagħmel green washing flok white washing. Hu qal li issa qed iqaċċtu s-siġar u jagħtu l-ispazji miftuħa lil nies tagħhom u lil xi barranin. Hu ovvju li l-gvern induna li għarraq l-ambjent u m’għandux idea ta’ ambjent naturali.

Fil-budget jidher li l-gvern mhux ppreparat biex jilħaq il-miri tal-UE 2030. Il-policies huma vagi biex jitnaqqas it-tniġġiż tal-arja bi twebbis tar-ras fejn il-gvern se jibqa’ għaddej b’erba’ impjanti ta’ riċiklaġġ u inċineratur fil-Magħtab; li se jniġġeż l-arja tal-madwar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għadu ma ppubblikax il-low carbon strategy. Hu kompla li l-budget ma fih l-ebda idea dwar liema strumenti fiskali jew l-istrateġija li se tintuża. Il-gvern kisser il-fiduċja u l-istima tad-dinja fl-istrutturi finanzjarji tal-pajjiż biex Malta issa se toħroġ bl-għajta tal-green bonds.

David Thake tkellem dwar it-tibdil tal-klima u qal li l-gvern qed jgħabbi lill-poplu bir-responsabbiltà kollha meta m’għandux policy kif inaqqqas iż-żieda fl-emissjonijiet fl-arja.

Il-gvern m’hu jagħmel xejn; lanqas jinvesti f’karozzi li ma jħammġux fl-arja. Il-gvern m’għamilx iċ-charging points neċessarji għal dan is-settur; m’hemmx impenn għal trasport li ma jħammiġx. Hu semma’ l-LPG u qal li fil-pompi tal-fuel il-prezz tal-LPG dejjem jinżamm ogħla anki ogħla mill-medja Ewropea.

Wara ftit snin il-gvern qed jagħti ftit soldi għal min jinvesti fil-pannelli iżda lest iħallas il-miljuni lil sħabu fl-Electrogas. Il-gvern qed jagħti permessi bla rażan li jitfgħu dellijiet fuq l-bjut ta’ min ikun investa fil-pannelli. Hemm bżonn diskussjoni dwar drittijiet solari għax in-nies tibża’ li titlef l-investiment li tkun għamlet.

Dwar l-inċentivi għall-ekonomija l-ħadra, il-green bonds, hu staqsa kif se tkuna assigurata t-trasparenza bil-ħmieġ fil-governanza li jwettaq dan il-gvern. Il-biża’ hi li dawn il-bond se jintużaw biex jinqdew nies tal-qalba u wara l-falliment tal-blockchain island; in-nies m’għandhomx il-fiduċja neċessarja.

Meta tkellem dwar l-immaniġġjar tal-iskart, David Thake qal li l-gvern hu biss tajjeb għar-riċiklaġġ tal-flus u għall-ideat li ma jisru qatt. Hu qal li l-gvern qed iwiegħed biss proġett li ilhom li tħabbru fosthom il-park nazzjonali f’Ta’ Qali, riċiklaġġ ta’ 70% tal-fliexken sal-2017, sal-2020 il-gvern kellu jilħaq il-miri tal-immaniġġjar fosthom fis-seperazzjoni tal-iskart fid-djar u fil-landfills.

Minn dawn il-miri, il-gvern ma laħaq xejn, sostna David Thake, li kompla l-gvern mhux jilħaq il-miri fir-rimi ta’ skart li jidħol fil-landfill; hemm falliment f’dak kollu li għandu x’jaqsam mar-riċiklaġġ tal-iskart. L-iskart li joħroġ fil-borża l-bajda xorta qed jispiċċa fil-landfills wara li l-familji jkunu sseparaw fi djarhom. Issa l-gvern, għax falla, se jagħmel inċineratur.

Daid Thake qal li l-gvern irid jaħraq l-iskart li ma jkunx riċiklat u kompla li l-gvern falla milli joħloq pjan ħolostiku skont il-bżonnijiet ta’ Malta. Il-gvern jibqa’ jirrifjuta li jagħmel pjan dwar l-impjanti fil-Magħatab għax jibża’ li jekk isir dan il-pjan ambjentali jirriżulta li l-Magħtab mhux il-post ideali; il-gvern jibża’ minn dan il-pjan.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-prodotti tal-platsik li jintużaw darba u sostna li t-taxxi fuq il-plastik ilhom 11-il sena biex jitnaqqas l-użu. L-UE għalqet l-użu ta’ diversi prodotti fosthom il-cotton buds, l-istikka tal-bżieżaq, il-kontenituri tal-ikel u prodotti oħra li m’humiex imsemmija minkejja ordni ta’ projbizzjoni mill-UE minn Lulju li ġej.

Il-gvern qed jgħid li se jwaqqaf il-bejgħ minn Jannar 2022 u ta’ ftit prodotti tal-plastik. Il-gvern mhux jibża’ li jkun hemm multi fuq il-pajjiż? Il-gvern ma kienx lest għal din id-direttiva u x’għamel il-gvern biex jipprepara lill-operaturi ekonomiki? X’se jsir mas-sajjieda dwar ix-xbieki li huma magħmulin min-nylon?

Dwar l-extended consumer responsibility, David Thake qal li l-produttuir tal-filters tat-tabakk se jkollu jħallas minħabba t-tniġġiż iżda l-gvern mhux iwieġeb jekk hux se jdaħħal taxxa oħra fuq is-sigaretti.

Dwar il-kwalità tal-arja u l-biodiversità, id-deputat Nazzjonalista qal li li l-Ministru tal-Ambejnt qed jgħid li l-biodievrsità f’Malta hi fl-aqwa żmien meta din hi problema internazzjonali.

Il-Ministru Ian Borg jeqred is-siħar u l-gvern jimmulta lil dan il-ministeru mit-taxxi tal-poplu! Il-gvern m’għandux pjan fl-enerġija rinovabbli; m’għandux strateġija u qed jigdeb lill-UE u lin-nies. M’hemmx pjan dwar kif il-pajjiż se jiddisponu mill-batteriji li jaħdmu bid-dawl.

Hu qal li l-viżjoni tal-PN tinbena fuq tisħiħ tal-ambjent bla kompromessi, jinġiebu lura spazji dilapidati biex jerġgħu isiru spazji ħodor u pulmuni protetti tal-pajjiż, tingħata importanza lill-bankini fejn jimxu n-nies bla perikli, importanza lis-cycling lanes, trasport pubbliku li jkun alternattiva serja għall-karozzi privati, tingħata kwalità ta’ ħajja bi spazji miftuħa u parks naturali, protezzjoni tal-ambjent li fadal, edukazzjoni, djalogu u perważjoni bl-ambjent fil-qalba tal-futur.