Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ressaq fil-parlament numru ta’ proposti għas-setturi ekonomiċi u għall-ħaddiema quddiem l-isfidi tal-pandemija COVID-19.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Ekonomija Claudio Grech qal li dan hu budget li qed isir fi żminijiet straordinarji u sostna li s-sitwazzjoni mhix faċli iżda kumplessa kemm qabel il-COVID kif ukoll minħabba l-fatturi li jeffetwa wara l-COVID.

Fost dawn hemm l-inċertezza dwar meta se jidħol il-vaċċin u minħabba l-mewġiet ulterjuri li jistgħu jokkorru fix-xhur li ġejjin li jpoġġu l-utur tas-swieq b’mod inċert. Hu tkellem dwar id-distanzi soċjali, li qed ibiddlu l-mod kf in-neis jgħixu u jikkomunikaw flimkien. Dan qed ikollu impatt is-saħħa mentali ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm ukoll l-element biex jimpatta l-ħsara li qed isir. Hu qal li statistika tal-NSO turi li sa Settembru 2020 l-gvern kellu deficit ta’ €1.139 biljun iżda l-gvern qed jipproġetta €100 miljun inqas għall-2020.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern fl-aħħar tliet xhur qed jistma’ li se jġib l-istess ammonti u se jirkurpa madwar €150 miljun addizzjonali. Il-Ministru tal-Finanzi għandu jispjega minn fejn ġejjin dawn iċ-ċifri meta l-ekonomija, il-konsum u t-turiżmu jinsabu fl-istat li jinsabu fih.
Sa Settembru 2021 il-Gvern diġà rreġistra €633 inqas fi dħul milli kellu fl-2019 u qed jipproġetta li jagħlaq is-sena 2020 b’€291 inqas fi dħul mis-sena li għaddiet. Dan mhux realistiku. Aktar minn hekk, għall-2021, il-gvern qed jipproġetta li jiġġenera dħul ta’ €5 biljuni, li hu €200 miljun iktar mill-2019
Dwar il-vot kapitali 15, Claudio Grech qal li l-ispiża kapitali tal-Ministeru telgħet għal €434 miljun iżda m’hemmx spjega minn xhix huma komposti.
Dwar l-ispiża marbuta mal-COVID hu qal li l-ispiża tal-gvern hi €6 biljuni li hu l-istess ammont tas-sens ta’ qabel. L-impressjoni kienet li parti kbira kienet ġejja mill-COVID iżda mal-COVID hemm biss €200 miljun li huma direttament attribwiti mal-COVID; anki jekk jiżdiedu l-inċentivi tal-Malta Enterprise.

Il-Gvern għandu jagħti prijorità biex il-persentaġġ iktar aħfna iktar minn 4% għaliex il-pajjiż hu għaddej minn kriżi; dan mhux suffiċjenti bħala għajnuna lill-industrija. L-inċentivi ħadmu b’mod tajjeb u diġitali; dan jawgura tajjeb għal miżuri oħra.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN jisħaq li l-gvern jagħti l-priorità lill-miżuri tas-saħħa publbika; jkun żball li s-saħħa pubblika u l-ekonomija bħala żewġ setturi li jikkontrastaw lil xulxin. Ma jistax ikun hemm ekonomija li tikber jekk l-poplu ma jkunx b’saħħtu.
L-ewwel trid titwaqqaf il-pandemija u wara titkabbar l-ekonomija; jkun żball jekk ninnegozjaw mas-saħħa pubblika. Jekk is-saħħa pubblika tkun ippreġudikata, l-ekonomija tieħu daqqtiet ikbar. Il-gvern għandu jagħti ħafna iktar għajnuna lill-industrija biex timxi mar-regoli tas-saħħa pubblika.

Claudio Grech qal li l-PN qed jipproponi li jkun hemm pakkett komprensiv lill-impriżi li jintlaqtu direttament bħalissa; jkun żball jekk dawn is-setturi jħossuhom li huma se jkunu l-vittmi tas-saħħa pubblika.
Dawn għandhom jirrealizzaw li dawn id-deċiżjonijiet huma fl-interess tagħhom għax meta l-pajjiż jgħeleb il-COVID huma jirritornaw għan-normal. Dawn l-intrapriżi għandhom bżonn appoġġ ikbar, sostna Claudio Grech, li kompla li jekk dawn jagħlqu mhux se jħallsu taxxi. Għalhekk għajnuna issa tista’ twassal biex dawn jibqgħu għaddejjin.
Il-pakkett ikun ibbażat fuq il-fatt li l-gvern iaħres lejn il-profitti u jara kif jista jagħti għotja fil-forma ta’ investiment biex huma jintrabtu li jagħmlu investiment f’dan il-perjodu tal-COVID flok jagħlqu. Dan biex isru iktar effiċjenti, sostna Claudi Grech, li kompla li l-wage suppliment jibqa’ jingħata u jkun estiż ukoll għal dawk il-ħaddiema ġodda. Il-wage suppliment, għal massimu sa 10% tal-ħaddiema u jkun rifless mal-paga medja nazzjonali.

It-telf tal-kumpaniji tal-2020 jkun jista’ jintuża’ biex ipaċuhom kontra taxxi dovuti għall-2019; din il-miżura iddaħħlet f’numru ta’ pajjiżi. Il-gvern għandu jikkunsidra li jagħti taqqis fil-kirijiet lil min jikri lill-istabbilimenti kummerċjali.
Għandu jkun hemm ukoll numru ta’ kundizzjonijiet biex jinbena mekkaniżmu kif tissaħħaħ id-dixxiplina fiskali u kif il-gvern jirċievi l-ħlasijiet mingħand dawn il-kumpaniji b’sistemi diretti mal-gvern.
Kundizzjonijiet oħra jkunu l-invoicing elettroniku. Dawn il-proposti jagħmlu differenza kbira lin-negozji, sostna Claudio Grech, li kompla li l-gvern għandu jagħti appoġġ lill-istrrt ups b’għajnuna f’forma ta’ għajnuna diretta li tippermettilhom li jwettqu proġetti fil-bidu nett.
Il-PN qed jipproponi għotja ta’ €15,000 lil dawn l-istart ups biex jikkunsidraw l-ewwel parti tal-idea tagħhom. Fejn ikun hemm imprendituri nisa, l-ammont jitla’ għal €25,000 għaliex ħafna talent tan-nisa mhux applikat u għalhekk dan għandu jkun inċentivat. Proposta oħra hi dwar l-aspett soċjali tal-imprenditorija biex dan jingħata għajnuna kbira. Il-PN qed jipproponi għajnuna simili għall-istart ups.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern jista’ jinċentiva l-mergers fl-industrija lokali bħar-riċerka. Il-gvern għandu jagħti inċentivi f’dan is-sena. Proposta oħra hi marbuta mas-self lokali li jmur fl-industrija.
Il-PN qed iressaq numru ta’ proposti li jgħinu lill-industrija tissaħħaħ f’perjodu meta l-industrija tista’ tkun trasformata; din hi opportunità li m’għandhiex tintilef, sostna Claudio Grech.
//= $special ?>