Lokali Parlament

In-negozji qed isalvaw l-ekonomija f’din il-kriżi

Arkivji

Edwin Vassallo, PN

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li huma n-negozji qed isalvaw l-ekonomija f’din il-kriżi.

Edwin Vassallo qal li n-negozji huma l-frontliners biex tkun salvata l-ekonomija u sostna li pajjiż għandu dejn kbir ma’ dawn il-persuni inkluż il-ħaddiema tas-settur.

Il-gvern jrid jieħu l-kredtu li l-gvern qed isalva l-pajjiż meta huma n-negozji li qed isalvawh għax qed jieħdu r-riskji. Dan hu budget li għandu rekord ta’ dejn li qed jerfgħu l-poplu li se jħallsu.

Hu qal li l-miżuri li jittieħdu dwar il-COVID għandhom jittieħdu b’konsultazzjoni u sostna li l-gvern iddiskrimina bl-aħħar miżura tal-vouchers. Dan hu gvern li ma jikkonsultax, sostna Edwin Vassallo, li kompla li ma kienx hemm konsultazzjoni dwar il-vouchers għan-negozjanti.