Lokali Parlament

Jeħtieġ enfasi fuq l-estetika tal-faċċati tal-bini

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella fil-parlament biex isiru d-diskussjonijiet neċessarji biex il-periti jingħataw l-opportunità li jkollhom l-ispazju biex jesperimentaw u jtejbu l-kwalità tal-estetika tal-faċċati tal-bini li qed jinbena fil-pajjiż biex ma jibċgħux jinbnew binjiet qishom kaxxi; binijiet li qed ikerrħu dan il-pajjiż.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Ambjent Toni Bezzina qal li l-kostruzzjoni hi pilastru tal-ekonomija u tħaddem eluf ta’ impjegati u għalhekk jeħtieġ bilanċ bejn il-kostruzzjoni u l-ambjent; dan irid isir b’għaqal u bi ħsieb flimkien ma’ rieda tajba.

Hu kompla li wasal iż-żmien li l-ambjent urban u dak naturali jersqu lejn xulxin b’investiment qawwi mill-gvern fl-ispazji miftuħa. Dan jista’ jsir permezz tal-kunsilli lokali.

Hu semma’ l-urban improvment fund u qal li meta l-kunsilli qed japplikaw għall-fondi biex jiżviluppaw spazji miftuħin l-ammont li qed jingħataw hu biss 70%. Dan meta l-kunsilli għandhom sfidi biex iħejju l-pjani neċessarji; il-gvern għalhekk għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu biex l-allokazzjoni tkun ta’ 100 fil-100 kien kienet qabel.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-proċess ta’ regolarizzazzjoni fejn l-idea hi fejn hemm binja li ma tilħaqx ir-rekwiżiti tas-sanità kien hemm applikazzjoni ta’ konċessjoni iżda l-multi li qed jeħel il-flus issa huma esġerazzjoni. Minn multi ta’ €250 għal pulzier f’bitħa, il-mutli telgħu għal madwar €4,000. Mhux ġust li min bena bla permess iħallas daqs min għamel ksur minimu.

Dwar konsistenza hu qal li m’hemmx konsistenza dwar l-istess policies minn case officers tal-Awtorita li qed jinterpretaw il-polices b’mdod differenti. Il-gvern għandu jaħdem għal konsistenza fid-deċiżjoniiet li jittieħdu permezz tal-case officers.

Hu tratta l-kwistjoni tad-disinn u qal li wasal iż-żmien li l-estetika tingħata l-importanza neċessarja fejn il-periti għandhom jingħataw l-opportunità li jesperimentaw fid-disinn tal-faċċati tal-bini minħabba li llum dawn għandhom idejhom marbutin biex ma jibqgħux jinbnew biss binjiet qishom kaxxi.

Hu semma’ r-rural policy u qal li hu tajjeb li din tkun riveduta iżda r-reviżjoni tal-2014 ma laħqitx lill-bdiewa; li huma dawk li jipproteġu l-ambjent naturali Malti. Jeħtieġ li jkun hemm konsulatzzjoni mal-bdiewa u mal-Awtortà tal-Ippjanar biex ir-reviżjoni tolqot kif suppost lill-bdiewa. Jrid ikun ikkusidirat l-importanza li l-bdiewa jkollhom postijiet fejn iżommu l-makkinarju tal-biedja, sostna Toni Bezzina.