Fi Grupp D, Liverpool umiljaw lil Atalanta ġewwa Bergamo 5-0. L-ewwel gowl tal-partita wasal mingħand Diego JOTA wara li qabbeż il-ballun minfuq Marco Sportiello. L-istess plejer irdoppja fit-33 minuta b’konkluzzjoni b’saħħitha wara li rċieva pass preċiż ta’ Joseph Gomez. Liverpool bdew it-tieni taqsima iktar b’saħħithom, u skorjaw tliet gowls f’disa’ minuti. Mohamed SALAH skorja fis-47 minuta wara ġirja min nofs il-grawnd, filwaqt li Sadio Mane żied żewġ minuti wara u fl-54 minuta, JOTA għamel it-tripletta u għalaq il-partita.
Ajax għelbu lil Midtjylland 2-1. L-Olandiżi marru fil-vantaġġ wara biss minuta, permezz ta’ ANTONY. Fil-kwarta logħob, Dusan TADIC skorja free kick minn ġol-kaxxa bix-xutt ġie devjat mill-barriera u għamilha iżjed diffiċli għal gowlkiper biex jilqa. Risposta immedjata mill-avversarji minn xutt bix-xellug ta’ Anders DREYER, iżda baqaw ma sabux il-gowl tad-dro.
Inter sfaw megħluba 3-2 minn Real Madrid fi Grupp B minkejja li għamlu rimonta wara li kienu żewġ gowls minn taħt. Pass ħażin ta’ Achraf Hakimi wassal għal gowl ta’ Karim BENZEMA wara li dar tajjeb ma’ Samir Handanovic. Tmiem minuti wara u l-Ispanjoli kabbru d-distakk permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Sergio RAMOS. Reazzjoni tajba minn Inter fejn Nicolo Barella qassam lil Lautaro MARTINEZ u quddiem il-gowlkiper ma żbaljax. It-Taljani ġabu d-dro fit-68 minuta permezz ta’ Ivan PERISIC, iżda kienu Real Madrid u RODRYGO li sab il-gowl deċiżiv.
Fi Grupp A, Bayern Munich dawru l-partita favurihom wara li kienu minn taħt, biex temmew b’rebħa kbira ta’ 6-2. Mergim Berisha poġġa lil Leipzig fuq quddiem wara erba’ minuti biss b’konkluzzjoni mil-viċin. Fil-21 minuta, Bayern Munich rebħu penalty wara li Thomas Muller twaqqa fil-kaxxa, b’Robert LEWANDOWSKI ma jfalliex. Qabel il-mistrieħ, daqqa ta’ ras ta’ Rasmus KRISTENSEN tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Leipzig ġabu d-dro fis-66 minuta permezz ta’ Masaya OKUGAWA. Erba’ gowls ta’ Bayern Munich fl-aħħar 13-il minuta kkonfermaw ir-rebħa, b’gowls skorjati minn Jerome BOATENG, Leroy SANE, ieħor għal LEWANDOWSKI u Lucas HERNANDEZ.
Manchester City għelbu lil Olympiakos f’rebħa komda ta’ 3-0 fi Grupp C. Manchester City fetħu l-iskor fit-12-il minuta wara li tqassim tajjeb wassal għal gowl ta’ Ferran TORRES. L-Ingliżi kellhom jistennew sall-aħħar minuti biex għalqu l-logħba, wara li Gabriel JESUS u Joao CANCELO kkonkludew tajjeb.
Rebħa kbira oħra ta’ 3-0 għal Porto kontra Marseille. Moussa MAREGA fetaħ l-iskor wara erba’ minuti b’konkluzzjoni mill-viċin. Ftit minuti wara, Marseille ngħataw penalty iżda Dimitri Payet falla milli jagħmel l-iskor indaqs. Porto ngħataw l-istess opportunità fit-28 minuta, din id-darba Sergio OLIVEIRA ma jfalliex mill-11-il metru. Il-Portuġiżi kkonfermaw it-tliet punti permezz ta’ Luis DIAZ fid-69 minuta.
//= $special ?>