Aħbar sabiħa mis-settur tar-refereeing f’pajjiżna hekk kif ir-referee tal-FIFA, Trustin Farrugia Cann li għandu 34 sena, ingħata l-inkarigu li jikkontrolla partita mill-istadju tal-gruppi tal-UEFA Ewropa League, bejn SK Rapid Wien tal-Awstrija u Dundalk tal-Irlanda, f’Weststadion ta’ Vienna.
Din il-partita se tintlagħab nhar il-Ħamis li ġej u flimkien ma’ Farrugia Cann se jkun hemm l-uffiċjali Maltin, l-assistant referees Luke Portelli u Jurgen Spiteri, filwaqt li Fyodor Zammit se jkun ir-raba’ uffiċjal ta’ din il-partita.
Net News jawgura kull suċċess lil Farrugia Cann u lill-bqija tat-terna arbitrali Maltija.
//= $special ?>