Futbol Sport

Ryan Giggs jiċħad l-allegazzjonijiet li attakka lit-tfajla tiegħu

Il-kowċ ta’ Wales u ex-plejer ta’ Manchester United Ryan Giggs kien arrestat fuq suspett li attakka lit-tfajla tiegħu. Ir-rapreżentanti tiegħu qalu li huwa ċaħad dawn l-allegazzjonijiet kontrih, u qed jikkopera mal-pulizija.

L-assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Wales ikkanċellat il-konferenza stampa ppjanata għal-lum fejn Giggs kellu jħabbar l-iskwadra għal-logħob internazzjonali. Fi stqarrija li ħarġu l-assoċjazzjoni qalu li huma konxji tal-każ kontra l-kowċ tat-tim nazzjonali, u f’isem Giggs qalu li hu qed jassisti lill-pulizija fl-investigazzjonijiet. Ftit wara, tħabbar li Giggs mhux se jkun qed imexxi l-iskwadra fit-tliet partiti ta’ Wales, bl-assistent Robert Page joħodlu postu.

Il-pulizija ta’ Manchester irrispondew għal sejħa ta’ disturbanza mingħand tfajla ta’ madwar 30 sena fejn “ġarbet ġrieħi ħfief iżda ma kinitx teħtieġ l-ebda trattament”.