Lokali Parlament

Taħt Gvern Laburista; 700 permess f’ODZ f’Għawdex

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li minkejja d-diskors kollu tal-gvern dwar il-protezzjoni tal-ambjent, fl-aħħar seba’ snin f’Għawdex biss ingħataw 700 permess għal bini f’ODZ.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar il-Ministru għall-Ambjent, Kevin Cutajar qal li l-poltiika ta’ importazzjoni massiċċa ta’ ħaddiema barranin hi politika żbaljata u teffettwa l-ippjanar.

Il-gvern telaq ukoll kull forma ta’ kontroll fil-bini bil-konsegwenza li qed jinbena kull forma ta’ bini; il-gvern tilef il-kontroll ta’ din is-sitwazzjoni. Il-COVID ħolqot problema addizzjonali għal dan il-gvern bla viżjoni fl-investiment. Għall-gvern il-kostruzzjoni hi l-uniku ankra ta’ salvataġġ biex l-ekonomija tibqa’ għaddejja.

L-ippjanar u l-ksortuzjzoni għandhom ikunu separati minn xulxin iżda l-gvern se jagħmel l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni; liema awtorità ilha mwiegħda iżda baqgħet ma saritx. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll miżuri dwar it-tnaqqis tal-burokrazija u pjan ħolistiku għall-pajjiż kollu.

Hu qal li l-gvern qed jgħid li se jirrevedi l-ISPED, li suppost kien rivedut din is-sena u sostna li s-sitwazzjoni tal-ippjanar ma tjibitx.

Dwar l-ODZ, id-deputat Nazzjonalista qal li f’din il-leġiżlatura nħarġu 700 permess f’Għawdex biss f’ODZ. Dan mhux il-mod kif l-ambjent ikun protett, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa fejn spiċċat eco-Għawdex; li llum saret iktar diskors sabieħ milli fatti.

Hu tkellem dar l-ispazji miftuħa u qal li l-gvern mhux kredibbli u appella biex il-kampanja tkun protetta. Dwar ir-reviżjoni tal-ODZ tal-2006, hu qal li l-gvern Nazzjonalista kien għamel l-emendi iżda kellu kritika qawwija minħabba r-restrizzjonijiet tal-MEPA; gvern Laburista m’għamel xejn u tilef il-kontroll kollu bil-konsegwenza li llum Malta hi ik li hi.

Kevin Cutajar semma’ l-art agrikola u qal li t-trasferiment tal-qbiela mhux qed isir bil-konsegwenza li l-bdiewa mhux jinvestu f’art li ma jafux it-titlu li għandhom fuqhom.

Meta tkellem dwar il-bini, Kevin Cutajar qal l-inċentivi li saru iżda l-viżjoni m’għandhiex tkun kemm se jiżdied il-bini iżda kemm dan se jkun ta’ kwalità. Hu kkritika l-istrateġija tal-gvern biex jiżdiedu l-ogħli tal-bini f’żewġ żoni industrijali tal-Marsa u tal-Imrieħel.