Lokali

Tifel ta’ 9 snin fil-periklu tal-mewt wara waqgħa ta’ 3 sulari

Ritratt: Arkivji

Tifel ta’ 9 snin spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar 3 sulari minn gallarija ta’ residenza privata fl-Imġarr.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Karamelli, fejn fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu b’urġenza liċ-ċkejken l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ordnat inkjesta dwar il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.