Lokali Qorti

Brian Tonna u Karl Cini ma jwieġbu għal ebda domanda fl-inkjesta Daphne Caruana Galizia

Brian Tonna u Karl Cini, sħab fil-kumpanija Nexia BT għażlu li ma jirrispondux għal ebda domanda magħmula mill-Bord u dan peress li bħalissa jinsabu taħt investigazzjoni u fuq Police Bail. u għalhekk għażlu li ma jwieġbu għal ebda domanda. Dan biex ma jinkriminax lilu nniffsu.

Dan kollu waqt li kompliet l-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia li għandha l-għan li tistabilixxi jekk setax sar xi ħaġa mill-istat biex dan l-omiċidju ma jseħħx.

L-Imħallef Michael Mallia li għamlilhom diversi domandi fuq diversi kumpanija u anke fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Tonna u Cini dejjem għażlu li ma jirrispondux.

Saru anke domandi fost oħrajn fuq Pilatus Bank, Konrad Mizzi u Keith Schembri fuq il-korruzzjoni ta’ bejgħ ta’ passaporti u anke fuq il-korruzzjoni fl-Electrogas, iżda anke hawn bħal kull domanda, ir-risposta dejjem kienet l-istess mit-tnejn – ‘nagħżel li ma nirrispondix.’

L-Imħallfin staqsewhom ukoll fuq entitajiet differnti bħal Willerby Trading, Mossack Fonseca u l- FIAU – u għal darba oħra, Tonna u Cini għażlu li jibqgħu siekta.

Saru wkoll diversi domandi mill-Avukat Jason Azzopardi fuq meta Tonna l-ewwel darba li kien daħal Kastilja u jekk kellux uffiċċju f’Kastilja u meta kien l-aħħar li mar il-Panama, jekk huwiex frodist, jekk qattx ħasel il-flus tal-klijenti.

Staqsa wkoll min kien sid Egrant u jekk l-eks Prim Ministru Joseph Muscat li ta ordni lill-Ministru Bonnici biex iħallih jopera, anke hawn ix-xhud għażel li ma jirrispondix.

Saru wkoll domandi fuq il-power station u fuq Nexia BT u kekk hu hux il-Manging Partner ta’ Nexia BT, fuq meta sar jaf lil Yorgen Fenech, jekk għadux awditur ta’ GEM Holdings Limited, huwa dejjem għażel li ma jirrispondix.

Saru wkoll domandi fil-konfront ta’ Cini u Tonna mill-Avukat Therese Comodini Cachia li wkoll ma ġewx imwieġba. Fost dawn il-mistoqsijiet kien hemm dwar lir-rwol tagħhom u dak ta’ Nexia BT fid-diversi stadji tal-Electrogas.

Domandi oħrajn kienu meta saru jaf lil Muscat u jekk Muscat kienx il-klijent tagħhom jew tawhx pariri. Fil-konfront ta’ Cini jekk kien hu d-Direttur Maniġerjali ta’ Nexia BT.

Dr Comodini Cachia staqasithom ukoll dwar ir-relazzjoni ma’ Joseph Muscat, Schembri u Mizzi qabel l-2013. U lejn l-aħħar l-Avukat Jason Azzopardi għamel il-mistoqsija lil Karl Cini jekk Egrant hijiex ta’ Michelle Muscat? B’ Cini jerġa’ jagħżel li ma jirrispondix.

L-avukat ta’ Tonna, Stephen Tonna Lowell, fil-bidu tas-seduta nforma lill-bord li l-klijent tiegħu jixtieq jagħmel użu mid-dritt li jibqa’ sieket u ma jwieġeb l-ebda mistoqsija li ssirlu.

Huwa qal li l-klijenti tiegħu huma soġġetti għal ordni ta’ sekwestru, huma xhud f’inkjesta dwar kumpanija sigrieta 17 Black u jinsabu fuq pleġġ tal-pulizija fir-rigward ta’ inkjesta oħra.

L-Imħallef Michael Mallia jgħid lill-avukat li jixtiequ jagħmlu mistoqsijiet lil Tonna, u allura jista’ jagħżel hu jekk iwieġbhomx jew le. Brian Tonna kien il-persuna li waqqaf Nexia BT, filwaqt li Karl Cini kien is-sieħeb tiegħu fis-servizzi finanzjarji internazzjonali u t-taxxa.

Il-kumpanija kienet issemmiet b’mod kontroversjali fil-Panama Papers hekk kif kienet responsabbli mit-twaqqif ta’ strutturi finanzjarji offshore għall-eks Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-eks Prim Minsitru, Keith Schembri, u għat-tielet kumpanija Egrant li s-sid tagħha għadu mhux magħruf.

L-inkjesta se tkompli nhar il-Ġimgħa fid-9.30am. meta mistennija jixhdu s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u Marvin Gaerty, Kummissarju fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.