Lokali Parlament

Budget b’viżjoni fil-qasir dwar il-pensjonanti

Ivan Bartolo

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li dan hu budget b’żviżjoni fil-qasir dwar is-settur soċjali u l-pensjonanti.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeruy għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali, Ivan Bartolo qal li l-miżuri tal-gvern huma bbażati fuq viżjoni fil-qasir u għalhekk il-pensjonanti fil-faqar ma jistgħux jinqalgħu minn dan l-istat tal-biki.

Hu kompla li hemm prezzijiet ogħla fil-mediċini u qal li d-diskussjoni biex pensjonanti jgħix ħajja diċenti ilha issir 20 sena iżda ftit kien hemm soluzzjonijiet. Ma kinitx ikkunsidrata t-trawma tal-anzjani anki f’din il-pandemija li ħalliet konsegwenzi fiżiċi u mentali.

Ivan Bartolo qal li għandha ssir preferenza mal-anzjani biex dan jixtruhom fix-xiri tal-mediċini u kompla li dawn ikunu applikabbli wkoll għas-sena d-dieħla. Hu sostna li l-persuni boarded out għadejjin minn faqar u esklużjoni soċjali u qal li hu pożittiv li l-persuni b’diżabbiltà ngħataw paga minima.

Għalhekk mhux dejjem li dawn jimxu ‘il quddiem b’ħajjithom, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-mard m’hux għażla ta’ ħadd u għalhekk dawk b’paga baxxa ta’ €635 mhux biżżejjed.

Ivan Bartolo staqsa x’jiġri mill-persuni boarded out jekk il-pajjiż jaqleb għall-karozzi tal-elettriku u għalhekk dawn ikollhom bilfors jużaw it-trasport pubbliku. Hu saħaq fuq l-importanza tal-indipendenza ta’ dawn il-bnedmin iżda dawk li baqgħu lura jkollhom diffikultà ta’ esklużjoni soċjali.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fis-settur tal-persuni b’diżabbiltà l-PL kien għamel diversi wiegħdi iżda ħafna minn dawn mhux jitwettqu fosthom dwar il-programm Reach fin-Naxxar u l-Att dwar l-Awtonomija għall-Persuni b’Diżabbiltà.

Dwar il-faqar, Ivan Bartolo qal li hemm 83,000 f’riskju ta’ faqar u qal li dan qed jikkonfermawh ukoll il-Caritas u għaqdiet oħra li anki sostnew li s-sitwazzjoni hi tal-biki. Hu fakkar li l-PL kien wiegħed li se jeqred il-faqar iżda falla; għax il-PL tilef ruħu.