Coronavirus Lokali

COVID-19: Erba’ vittmi f’inqas minn 12-il siegħa; l-agħar ġurnata għal pajjiżna

Wieħed mill-vittmi għandu 63 sena

Fl-aħħar ftit sigħat pajjiżna esperjenza il-mewt ta’ żewġ anzjani oħra kawża tal-COVID-19 biex b’hekk, f’inqas minn 12-il siegħa f’pajjiżna mietu erbgħa persuni. Sfortuntament, dan ifisser rekord ta’ imwiet fi ftit sigħat, biex b’hekk it-total ta’ vittmi issa tela’ għal 69.

L-ewwel każ tal-lejla hu raġel ta’ 63 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-12 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Il-Ministeru tas-Saħħa reġa’ ħass li għandu jgħid li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

It-tieni każ hu ta’ anzjan ta’ 83 sena li ttestja pożittiv fl-1 ta’ Novembru u miet aktar kmieni llum fl-isptar Monte Carmeli fejn l-anzan kien residenti u baqa’ jingħata kura. Ma jidhirx li hu kien ibati minn xi kundizzjonijiet oħra.

Iktar kmieni llum: