Lokali

Daniel Muka jipprova jaħrab mill-ħabs

Ritratt: Martin Agius

Infetħet inkjesta maġisterjali wara li fil-pussess ta’ Daniel Muka nstab materjal li ġie mibdul f’forma ta’ armi jew għodda.

Intqal ukoll li s-sejba saret mill-awtoritajiet tal-ħabs li minnufih involvew lill-Pulizija.

Ninsabu infurmati li kien uffiċjal li nduna li t-twieqi taċ-ċella ta’ Muka ma kinux kif suppost u li xi fili u konsenturi ma kinux f’posthom. Iċ-ċella ta’ Daniel Muka kienet f’Diviżjoni 5, diviżjoni li hija magħrufa għas-sigurtà massima tagħha. Madanakollu fiha nstabu għodda fosthom forom ta’ grappling hook u armi oħra.

Daniel Muka jinsab mixli bil-qtil tat-tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski f’Awwissu li għadda fir-residenza tagħhom f’Tas-Sliema