Internazzjonali

Elezzjoni Presidenzjali Amerikana.. Biden fuq quddiem

Wara li lbierah l-akkbar ammont ta’ Amerikani vvutaw fil-konfront finali bejn il-President Attwali Donald Trump u l-isfidant tieghu Joe Biden, bħalissa diġa ingħalqet il-votazzjoni f’diversi stati Amerikani filfatt diġa bdew ħerġin xi indikazzjonijiet fejn jidher li bħalissa Joe Biden jinsab fuq quddiem iżda ir-riżultat għadu wieħed imprevedibbli minħabba li Trump rebah l-aktar Stati importanti bħal Texas, Florida u Ohio

Intant, Donald Trump permezz ta’ tweet stqarr li hu mhux ser jitħalla din l-elezzjoni tinsteraq

Dan filwaqt li fi tweet oħra stqarr li ilejla ser ikun qed jagħmel indirizz.. “Rebħa kbira”

No description available.

Minn naħa tiegħu, ukoll permezz ta’ tweet, Biden stqarr li hu jemmen li jinsab fit-triq it-tajba li jirbaħ din l-elezzjoni

No description available.

Is-sistema tal-elezzjonijiet fl-Istati uniti tahdem bmod differenti. Sabiex wieħed jiġi ddikjarat rebbieħ, irid iġib 270 vot mill- Kulleġġ Elettorali. Din is-sistema elettorali – li hi esklussiva għall-Amerikani – kienet wasslet biex Hillary Clinton, il-kandidat tal-Partit Demokratiku fl-elezzjoni tal-2016, titlef l-elezzjoni ghall-Presidenza minkejja li hi kienet rebħet l-akbar ammont ta’ voti madwar l-Istati Uniti

Bħalissa Net Television għaddej bi programm speċjali li matulu qed jiġi analizzat ir-rizultat tal-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti , bis-sehem ta’ diversi mistiedna u opinjonisti.