Lokali

Iċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni posposti

L-UM u l-MCAST ħabbru dan illum.

L-Università ta’ Malta u l-MCAST iddeċidew li jipposponu ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu ppjanati tul Novembru u Diċembru. Dan sar għas-sigurtà tal-gradwati u minħabba r-restrizzjonijiet attwali tal-COVID-19 fuq id-distanzi soċjali.

Iktar minn 3500 gradwati tal-Università ta’ Malta u madwar 680 student tal-MCAST kienu se jattendu ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. Id-data l-ġdida taċ-ċerimonji se tiġi kkomunikata lill-istudenti iktar ‘l quddiem. Dan se jkun jiddependi wkoll fuq il-linji gwida tal-gvern u tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar id-distanzi soċjali.

Sadanittant, l-istudenti se jingħataw iċ-ċertifikat bi prova biex ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom u bl-opportunitajiet tax-xogħol.