Coronavirus Lokali Saħħa

Il-COVID iħalli żewġ vittmi oħra

Żewġt irġiel oħra jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID. L-ewwel każ huwa ta’ anzjan ta’ 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f’Mater Dei. 

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, it-2 ta’ Novembru. Hu wkoll miet aktar kmieni llum.

Għal darb’oħra l-Ministeru tas-Saħħa ħass li għandu jżid li l-anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.