Il-familja tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia ressqet rikors fil-Qorti tal-Maġistrati u qed titlob investigazzjoni minn naħa tal-Pulizija u waħda Maġisterjali, wara li aħbar ta’ “attentat ta’ tixħim ta’ ġurnalist” tat-Times of Malta mill-Avukat ta’ Yorgen Fenech, l-allegat tal-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista.
Ir-rikors ġie ppreżentat mill-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, f’isem il-familja Caruana Galizia titlob li l-fatt li l-akkużat – li għandu taħt il-kustodja tal-Pulizija, li nqabad jipprova jdgħajjef l-amministrazzjoni korretta tal-ġustizzja, jinżamm fi ir-rekords tal-proċeduri.
Il-familja talbet ukoll lill-Qorti li qed tisma’ l-każ ta’ Fenech, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello biex tordna lill-Kummissarju tal-Pulizija biex minnufih tibda investigazzjoni kriminali u inkjesta in genere biex tevita t-tbagħbis tal-provi.
Il-Kummissarju tal-Pulizija ntalab ukoll biex “jieħu l-passi kriminali kollha opportuni kontra kull awtur, intermedjarju u kompliċi f’dan ir-reat.” Waqt li ddeskriviet l-affari bħala “xokkanti”, il-familja qalet li kienet taffettwa direttament l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’każ sensittiv,
L-avukati qalu li l-parte civile kellha “mhux biss id-dritt, iżda d-dmir” li tinforma formalment lill-Maġistrat li jippresiedi b’dak li ġara nhar it-Tlieta, sabiex tinkludi formalment l-informazzjoni fl-atti tal-każ kif ukoll biex tipproteġi l-interessi tal-familja.
Tnejn mit-tliet avukati ta’ Fenech: Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca ġew riferuti lill-Kamra tal-Avukati dwar il-kwistjoni, li potenzjalment tista’ tiswilhom il-warrant tagħhom biex jipprattikaw bħala avukati. Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mistennija tkompli fit-2 ta’ Diċembru li ġej, iżda saret talba mill-akkużat biex is-smigħ isir qabel.