Lokali Parlament

Il-gvern kisser il-Korp tal-Pulizija; tellfu l-fiduċja

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-gvern kisser il-Korp tal-Pulizija u rritornah għaż-żminijiet tat-tmeinijiet meta l-pulizija kienu fuq in-naħa tal-kriminali.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru tal-Intern Beppe Fenech Adami qal li fil-budget hemm biss tliet paragrafi fuq il-Pulizija fosthom l-impenn tal-gvern li jkompli jferrex is-sistema tal-Pulizija tal-Komunità.

Hu qal li din kienet proposta tal-PN li fil-passat ftit ta kasha iżda issa għamel sew li daħħal din is-sistema. Il-ħażin tagħha hu li l-gvern adotta l-prinċipju li issa m’hemmx bżonn ta’ għases miftuħin fil-lokalitajiet. Dan ġara propju fil-Mellieħa.

Hu qal li dan il-gvern wiegħed fil-budget li, fl-aħħar, se jirranġa l-Għassa tal-Imsida u tal-Ħamrun u se titlesta l-Għassa ta’ Wied il-Għajn flimkien mal-Control Room fid-Depot.

Dan flimkien mal-modernizzar tat-Taqsima tal-Forensika; dan kien budget fqir li nesa lill-membri tal-Korp tal-Pulizija u hu tipiku ta’ gvern Laburista bl-ebda inizjattvia. Dan hu budget li ma fih l-ebda inizjattiva dwar titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pulizija; dan b’differenza mal-budgets ta’ żmien gvern Nazzjonalista li kien iniedi inizjattivi kontinwi favur il-pulizija. Iż-żgħażagħ kienu kburin li huma pulizija; jiddefendi liċ-ċittadini u jiġġieldu l-kriminalità iżda issa dan kollu spiċċa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pjan li għandu l-gvern fih kliem artikolat iżda l-fatti huma li min kisser il-fiduċja fil-korp ma jistax ikun hu li jsolvieha. L-aqwa elemnti fil-korp qed jintilfu skont l-istess rapport li għamel il-gvern Laburista dwar il-korp tal-pulizija.

Għal seba’ snin saħ il-korp sar għodda f’idejn il-gvern u inħataf mill-killa ta’ Joseph Muscat u sħabu u għaliex fil-korp tpoġġew nies imexxu li kienu pupassi f’idejn il-kriminali.

Il-korp spiċċa l-post tal-kenn għall-kriminali, il-qattiela u għal dawk li jippjanaw il-qtil, jikkummissjonaw u jagħmlu l-bombi u l-post tal-kenn għal dawk li qatlu ġurnalista; lil Daphne Caruana Galizia.

Id-deputat Laburista ddefendew dan il-ħażin u ppropovaw iżebilħu lid-deputati Nazzjonalisti, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-gvern għadu jiddefendi lil Joseph Muscat. Hu fakkar id-dimostrazzjonijiet ta’ sena ilu meta bdew ħerġin l-istejjer tal-waħx fuq il-gvern Laburisti.

L-ex Kummsisarju Lawrence Cutajar b’mod malinn u premeditat kien qed ifixkel il-ġustizzja flok jgħin; il-PN kien wissa’ lill-gvern dwar dan.

Beppe Fenech Adami kompla li l-PN kien qal lill-gevrn li kien żball li l-Assistent Kummissarju ta’ dak iżmien ma keinx qed jagħmel xogħol u flk jinvestiga kien qed isiefer u jgawdi mal-persuna li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-pulizija marru lura għat-tmeninijiet meta l-puliizja kienu fuq in-naħa tal-kriminali; il-PN irid Korp tal-Pulizija viċin in-nies. Fil-pajjiż qed iseħħ serq kull sagħtejn, seħħu sitt omiċidji, inħarqu 60 vettura u fl-aħħar disa’ xhur saru 32 hold-up; in-nies qed jgħixu fil-biża’.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex titfassal strateġija ħolistika għal kull rokna ta’ Malta. Jeħtieġ kampanja ta’ edukazzjoni u tissawwar il-kultura tal-ġid komuni; jeħtieġ investiment biex il-korp tal-pulizija jsir korp taċ-ċittadin.

Hu appella lill-Kummissarju tal-Pulizjja biex ma jibżax għaliex l-affarijiet jistgħu isiru sew. Jekk isir dan, il-PN se tkun warajh iżda jekk jonqos il-PN se jinsisti li l-pajjiż jaqleb il-paġna.

Dwar il-FAM, id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż għandu jkun grat lejn is-suldati u talab apoloġija f’isem il-PN għalmeta saru żbalji fil-konfront tas-suldati għax il-politiċi kollha żbaljaw fil-konfront tagħhom. Beppe Fenech Adami semma’ l-ħidma li wettqu s-suldati fil-pandemija. Fil-budget il-gvern reġa’ nesa lis-suldati għaliex hemm biss wegħdi riċiklati.

Il-FAM hi vittma tal-indħol politiku u saret monument ta’ inġustizzji bi promozzjonijiet lil tal-qalba li javvanza waqt li dawk onesti jibqgħu barra. Dan qalu l-Ombudsman, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li l-PN iwiegħed ġustizzja.

Dwar il-ħabs hu qal li l-budget reġa, lin-nies li jaħdmu fil-ħabs u m’hemmx proposti għal titjieb fil-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħddiema. Huma ilhom jistennew tliet snin għal ftehim kollettiv ġdid u l-gvern għandu jrodd lura l-istima lil dawn il-ħaddiema. Fil-ħabs hemm realtà ta’ falliment kbir.

Hu sostna li hemm priġunieri li qed jitraqqdu fuq saqqu mal-art u ma jinħaslux tal-inqas darba fil-ġimgħa. Fil-ħabs mietu 11-il persuna, sostna Beppe Fenech Adami, li wħud minnhom setgħu jiġu evitati. Hu qal li hemm ċelel disinjati għal persuna waħda li fihom hemm tlieta jew erba’ persuni; qed titntilef id-dinjità tal-persuna.


Beppe Fenech Adami sellem lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u qal li f’sena dawn issejħu biex jagħmlu 4400 każ ta’ għajnuna.

Dwar l-immigrazzjoni hu qal li l-pożizzjoni tal-PN hi li din mhix sfida tal-pajjiż iżda hi problema tal-UE kollha bl-obbligi fuq il-pajjiżi kollha. Jeħtieġ front komuni u kredibbli fuq din l-problema; il-gvern ħoloq il-problema ta’ kredibbiltà.